Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52019AB0035

    Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2019/35)2019/C 373/02

    ĠU C 373, 5.11.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 373/2


    Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    tat-23 ta’ Ottubru 2019

    dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (CON/2019/35)

    (2019/C 373/02)

    Introduzzjoni u bażi legali

    Fit-18 ta’ Ottubru 2019 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 (1)dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

    Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Osservazzjonijiet ġenerali

    1.

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Fabio PANETTA jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.

    2.

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

    3.

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Fabio PANETTA bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Ottubru 2019.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  ĠU C 351, 17.10.2019, p. 1.


    Fuq