EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52018HB0015

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (BĊE/2018/15)

ĠU C 181, 28.5.2018, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta’ Mejju 2018

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas

(BĊE/2018/15)

(2018/C 181/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Lietuvos bankas, UAB Pricewaterhouse Coopers, intemm wara l-verifika g]as-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018.

(3)

Lietuvos bankas għażel lil UAB Deloitte Lietuva bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi UAB Deloitte Lietuva jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq