EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52017HB0027

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Settembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (BĊE/2017/27)

ĠU C 310, 19.9.2017, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Settembru 2017

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska

(BĊE/2017/27)

(2017/C 310/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Národná banka Slovenska, Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017.

(3)

Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż sas-snin finanzjarji 2021 sa 2023,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Deloitte Audit s.r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Settembru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq