EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52016XB0128(01)

Emendi għall-qafas tal-etika tal-BĊE (Dan it-test jissostitwixxi l-Artikolu 36a tat-test li jemenda l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 204 tal-20 ta’ Ġunju 2015)

ĠU C 31, 28.1.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/3


EMENDI GĦALL-QAFAS TAL-ETIKA TAL-BĊE

(Dan it-test jissostitwixxi l-Artikolu 36a tat-test li jemenda l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 204 tal-20 ta’ Ġunju 2015)

(2016/C 31/04)

Fil-Parti I tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-qafas tal-etika, l-Artikolu 36a huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 36a

Skont il-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regoli tal-Persunal, membri tal-persunal li, wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom mal-BĊE, b’riżultat tal-perjodu ta’ preklużjoni, ikunu pprojbiti milli jidħlu għal attività professjonali speċifika u li ma jistgħux isibu attività professjonali alternattiva xierqa bir-riżultat li jsibu ruħhom bla xogħol, għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji li ġejjin, matul iż-żmien tal-projbizzjoni milli jeżerċitaw l-attività u sakemm huma jibqgħu qiegħda:

(a)

benefiċċju speċjali ta’ kull xahar ekwivalenti għal:

80 % tal-aħħar salarju bażiku għall-ewwel sena;

60 % tal-aħħar salarju bażiku għas-sena ta’ wara;

(b)

benefiċċji għall-akkomodazzjoni u għall-ulied;

(c)

kopertura taħt l-iskema medika tal-BĊE u l-iskema tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti;

(d)

benefiċċju għall-edukazzjoni skont l-Artikolu 19, limitat għar-rimbors ta’ massimu ta’ EUR 296 fix-xahar, ħlief għal ulied bi bżonnijiet edukattivi imperattivi li jkunu ċċertifikati kif iddefinit fir-Regoli tal-Persunal, f’liema każ ir-rimborż għandu jiżdied għal massimu ta’ EUR 592 fix-xahar. Il-benefiċċju għandu jkun pagabbli biss sat-tmiem tas-sena akkademika li fiha l-membru tal-persunal jispiċċa bla xogħol u sakemm it-tifel jew tifla jibqa’/tibqa’ fl-istess stabbiliment edukattiv għall-bqija tas-sena akkademika inkwistjoni;

(e)

akkumulazzjoni ta’ servizz pensjonabbli matul il-perijodu msemmi fil-punt (a). Matul dak il-perijodu huma għandhom jibqgħu membri tal-iskema tal-pensjoni u l-‘kontribut tal-BĊE’, il-‘kontribut obbligatorju’ u l-‘kontribut volontarju’, fejn applikabbli, għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-benefiċċju speċjali ta’ kull xahar speċifikat il-punt (a) minnflok is-salarju bażiku.

Il-benefiċċji msemmija hawn fuq għandhom jissostitwixxu l-benefiċċji tal-qgħad pprovduti fl-Artikolu 36, fejn applikabbli, u huma kumplimentari għal kull benefiċċju ieħor tal-istess natura pprovdut minn sorsi oħra, inklużi l-benefiċċji tal-qgħad. Il-membri tal-persunal għandhom jitolbu u jiddikjaraw dawn il-benefiċċji, li għandhom jiġu mnaqqsa minn dawk pagabbli mill-BĊE.

Il-benefiċċji ta’ hawn fuq m’għandhomx ikunu pagabbli lill-membri tal-persunal malli jirtiraw.”.


Fuq