EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52016HB0046

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Diċembru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2016/46)

ĠU C 3, 6.1.2017, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 3/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Diċembru 2016

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece

(BĊE/2016/46)

(2017/C 3/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Bank of Greece, KPMG Certified Auditors AE, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017.

(3)

Il-Bank of Greece għażel lil Deloitte Certified Public Accountants S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2021,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Deloitte Certified Public Accountants S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2017 sa 2021.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Diċembru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq