EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32020O0634

Linja Gwida (UE) 2020/634 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2020/29)

ĠU L 148, 11.5.2020, p. 10–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 29/09/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2020/634/oj

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/10


LINJA GWIDA (UE) 2020/634 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Mejju 2020

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2020/29)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu, sabiex jiksbu l-għanijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, iwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jkunu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1).

(2)

Minbarra l-miżuri tat-tnaqqis tal-kollateral li l-Kunsill Governattiv diġà adotta fis-7 ta' April 2020, fit-22 ta' April 2020 il-Kunsill Governattiv adotta sett kumplimentari ta' deċiżjonijiet b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Dawn il-miżuri l-ġodda għandhom l-għan li jtaffu l-impatt negattiv fuq id-disponibbiltà ta’ kollateral tal-Eurosistema tad-deklassifikazzjoni potenzjali tal-kreditu li tirriżulta mill-impatt ekonomiku tat-tifqigħa tal-COVID-19. Minbarra l-miżuri adottati fis-7 ta’ April 2020, dawn il-miżuri l-ġodda għandhom l-għan li jiżguraw li l-kontropartijiet tal-Eurosistema jibqgħu kapaċi jżommu u jimmobilizzaw kollateral suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw f’operazzjonijiet tal-Eurosistema li jipprovdu likwidità, u li għalhekk l-Eurosistema tkun f’pożizzjoni li tappoġġa l-għoti ta’ kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro. Għaldaqstant, il-parteċipazzjoni f’dawn l-operazzjonijiet b’dan il-kollateral għandha tkun ibbażata fuq kriterji tal-eliġibbiltà għall-kollateral u miżuri ta’ kontroll tar-riskju emendati temporanjament.

(3)

Dawn il-miżuri ġodda huma proporzjonati biex jilqgħu kontra r-riskji serji għall-istabbiltà tal-prezzijiet, għall-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja u għall-prospett ekonomiku fiż-żona tal-euro, maħluqa mit-tifqigħa tal-COVID-19.

(4)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kunsill Governattiv iqis illi l-Eurosistema tista’ temporanjament tkompli taċċetta bħala kollateral assi negozjabbli u l-emittenti ta’ dawn l-assi li kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu fis-7 ta’ April 2020 minkejja deterjorament fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu deċiżi mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu aċċettati fl-Eurosistema, sakemm il-klassifikazzjonijiet jibqgħu ogħla minn ċertu livell ta’ kwalità. Fl-istess ħin il-Kunsill Governattiv iqis li dan m’għandux jaffettwa l-kriterji tal-eliġibbiltà għal xiri dirett taħt il-programmi ta’ xiri ta’ assi tal-BĊE.

(5)

Bil-għan li jiġi żgurat mekkaniżmu xieraq ta' trażmissjoni tal-politika monetarja, u b'kont meħud tal-ħtieġa tal-kontropartijiet tal-Eurosistema li qegħdin, jew ser ikunu qegħdin, jipparteċipaw f'operazzjonijiet ta' forniment ta' likwidità tal-Eurosistema biex iżommu kollateral suffiċjenti għal dawn l-operazzjonijiet, il-Kunsill Governattiv iqis li l-miżuri temporanji addizzjonali stabbiliti f'din il-Linja Gwida għandhom japplikaw sal-ewwel data ta' ripagament bikri taħt it-tielet programm ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati fuq żmien itwal (TLTRO-III).

(6)

Din il-Linja Gwida għandha tiġi nnotifikata lill-BĊNi kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni tagħha sabiex jirreaġixxu fil-pront għas-sitwazzjoni pandemika attwali.

(7)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 (2) għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għal-Linja Gwida BĊE/2014/31

Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 hija emendata kif ġej:

1.

jiddaħħal l-Artikolu 8b li ġej:

“Artikolu 8b

L-aċċettazzjoni ta’ ċerti assi negozjabbli u emittenti eliġibbli fis-7 ta’ April 2020

1.   It-termini użati f'dan l-Artikolu għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-Linji Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

2.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(3), tal-Artikolu 71 u tal-Artikolu 82(1)(a) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli — għajr titoli ggarantiti b’assi (ABSs) — maħruġa fis-7 ta' April 2020 jew qabel li fis-7 ta' April 2020 kellhom klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika, ipprovduta minn tal-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema sakemm, f'kull ħin wara s-7 ta' April 2020:

(a)

ikollhom klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika pprovduta minn tal-inqas sistema ECAI aċċettata waħda li tikkonforma, bħala minimu, mal-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

ikomplu jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għal assi negozjabbli kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Biex jiġi evitat kwalunkwe dubju, il-klassifikazzjoni pubblika tal-kreditu fis-7 ta’ April 2020, kif imsemmija f’dan il-paragrafu, għandha tiġi ddeterminata mill-Eurosistema fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a), l-Artikolu 82(2), l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(a) u (b), l-Artikolu 85 u l-Artikolu 86 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

3.   Fejn il-konformità ta’ assi negozjabbli mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema fis-7 ta’ April 2020 hija ddeterminata fuq il-bażi ta’ klassifikazzjoni ta’ emittent ECAI jew klassifikazzjoni ta’ garanti ECAI pprovduta minn sistema ECAI aċċettata, dak l-assi negozjabbli għandu jikkostitwixxi kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

il-klassifikazzjoni tal-emittent ECAI jew il-klassifikazzjoni tal-garanti ECAI, kif applikabbli, għal dak l-assi negozjabbli tikkonforma, bħala minimu, mal-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

dak l-assi negozjabbli jkompli jikkonforma mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għalih kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

4.   Assi negozjabbli — minbarra ABSs — maħruġa wara s-7 ta’ April 2020 u li l-emittent jew garanti tagħhom, kif applikabbli, kellu fis-7 ta’ April 2020 klassifikazzjoni ta’ kreditu pubbliku mogħtija minn tal-anqas sistema ECAI aċċettata waħda, li kienet konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

dawk l-assi negozjabbli għandhom klassifikazzjoni ta’ kreditu pubbliku, mogħtija minn tal-anqas sistema ECAI aċċettabbli waħda, li hija konformi, bħala minimu, mal-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

dawk l-assi negozjabbli jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għal assi negozjabbli kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, il-klassifikazzjoni tal-kreditu pubbliku msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi ddeterminata mill-Eurosistema fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a), l-Artikolu 82(2), l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(a) u (b), l-Artikolu 85 u l-Artikolu 86 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

5.   Bonds koperti maħruġin wara s-7 ta’ April 2020 taħt programm ta’ bonds koperti li fis-7 ta’ April 2020 stess kellhom valutazzjoni tal-kreditu, ipprovduta minn tal-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li kienet konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema sakemm:

(a)

f’kull żmien wara s-7 ta’ April 2020, il-programm ta’ bonds koperti jkollu klassifikazzjoni ta’ kreditu pubblika, ipprovduta minn tal-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li tikkonforma, bħala minimu, mal-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, u

(b)

dawn il-bonds koperti jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għalihom kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

6.   L-assi negozjabbli msemmija fl-Artikolu 87(2) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) li fis-7 ta' April 2020 ma kellhomx klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika pprovduta minn sistema ECAI aċċettata, iżda li fis-7 ta' April 2020 kellhom valutazzjoni tal-kreditu impliċita dderivata mill-Eurosistema skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 87(1) u (2) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) li kienet konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema irrispettivament mid-data tal-ħruġ tagħhom sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

l-emittent jew il-garanti, kif applikabbli, ta’ dawn l-assi negozjabbli jikkonforma, bħala minimu, ma’ rekwiżit tal-kwalità tal-kreditu li jikkorrispondi għall-pass 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

dawn l-assi negozjabbli jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għalihom kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

7.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(3), tal-Artikolu 71 u tal-Artikolu 82(1)(b) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), ABSs maħruġin fis-7 ta' April 2020 jew qabel li fis-7 ta' April 2020 kellhom mill-inqas żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pubbliċi, kull waħda pprovduta minn sistema ECAI aċċettata differenti, li kienu konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull żmien wara s-7 ta' April 2020:

(a)

ikollhom mill-inqas żewġ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu pubbliċi, kull waħda minnhom ipprovduta minn sistema ECAI aċċettata differenti, li jikkonformaw bħala minimu mal-pass 4 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

jibqgħu jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għall-ABSs kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(a) sa (d) u l-Artikolu 3(4) ta’ din il-Linja Gwida ma għandhomx japplikaw għall-ABSs imsemmija f’dan il-paragrafu.

8.   ABSs li fis-7 ta’ April 2020 ġew aċċettati mill-Eurosistema bħala kollateral eliġibbli taħt l-Artikolu 3(1) ta’ din il-Linja Gwida għandhom jibqgħu eliġibbli sakemm, f’kull żmien wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

ikollhom żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pubbliċi ta’ mill-inqas il-pass 4 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema pprovduta minn żewġ sistemi ECAI aċċettati; u

(b)

jibqgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha applikabbli għalihom skont l-Artikolu 3(1) (ħlief il-livell ta’ klassifikazzjoni), l-Artikolu 3(2a) u l-Artikolu 3(4) ta’ din il-Linja Gwida.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(5) ta' din il-Linja Gwida ma għandhomx japplikaw għall-ABSs imsemmija f'dan il-paragrafu.

9.   Sakemm jibqgħu jiġu aċċettati bħala kollateral eliġibbli mill-Eurosistema skont dan l-Artikolu, l-assi negozjabbli, inklużi bonds koperti, imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 għandhom ikunu soġġetti għall-haircuts tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IIb għal din il-Linja Gwida. L-ABSs imsemmija fil-paragrafi 7 u 8 għandhom ikunu soġġetti għall-haircuts tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IIa għal din il-Linja Gwida. Il-haircuts tal-valutazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni kurrenti applikabbli fi kwalunkwe jum wara s-7 ta' April 2020 skont ir-regoli relatati mal-prijorità tal-valutazzjonijiet ta' kreditu tal-ECAI kif stabbilit fl-Artikoli 83 sa 88 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

10.   Minbarra haircuts tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 9, il-haircuts tal-valutazzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

ABS, bonds koperti u strumenti ta’ dejn mhux iggarantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma vvalutati teoretikament skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu soġġetti għal haircut tal-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ tniżżil fil-valutazzjoni ta’ 4%;

(b)

bonds koperti għal użu proprju għandhom ikunu soġġetti għal haircut tal-valutazzjoni addizzjonali ta’ (i) 6,4% applikata għall-valur tal-istrumenti ta’ dejn allokat għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 1 u 2, u (ii) 9,6% applikata għall-valur tal-istrumenti ta’ dejn allokat għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 3, 4 u 5;

(c)

għall-finijiet tal-paragrafu (b), ‘użu proprju’ għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta’ bonds koperti li huma maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti għandha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(d)

jekk il-haircut tal-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tistax tiġi applikata fir-rigward ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kollateral ta’ BĊN, aġent tripartit, jew TARGET2-Titoli għal awto-kollateralizzazzjoni, il-haircut tal-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f’dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur sħiħ tal-ħruġ tal-bonds koperti li minnhom jista’ jsir użu proprju.

11.   Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma indipendenti minn, u m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà għal xiri dirett taħt il-programm ta' xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (PSPP) (*1); it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds koperti (CBPP3) (*2), il-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti minn assi (ABSPP) (*3); il-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP) (*4), u l-programm ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) (*5).

(*1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta' xiri tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (riformulazzjoni) (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12)."

(*2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8),(ĠU L 39, 12.2.2020, p. 6)."

(*3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4)."

(*4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28)."

(*5)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta' xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17)(ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).”."

2.

L-Anness IIa huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IIa

Livelli ta’ haircuts tal-valutazzjoni (f’%) applikati għal titoli ggarantiti b’assi (ABS) eliġibbli taħt l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 8b ta' din il-Linja Gwida

Kwalità tal-kreditu

Ħajja Medja Ponderata (*6)

Haircut tal-valutazzjoni

Pass 3

[0,1)

4,8

[1,3)

7,2

[3,5)

10,4

[5,7)

12,0

[7,10)

14,4

[10, ∞)

24,0

Pass 4

[0,1)

11,2

[1,3)

15,2

[3,5)

18

[5,7)

24,8

[7,10)

30,4

[10, ∞)

43,2

3.

L-Anness IIb huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IIb

Livelli ta' haircuts tal-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli, minbarra ABS, imsemmija fl-Artikoli 8a u 8b

 

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*7)

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Pass 4

[0,1)

6,4

6,4

8

8

12.8

12.8

20

20

[1,3)

9,6

10,4

12

15,2

16

18,4

28

30

[3,5)

11,2

12

16

20

19,2

23,6

33,6

37,2

[5,7)

12,4

13,6

20

24,8

22,4

28,4

36,8

40,4

[7,10)

13,2

14,4

21,6

28,4

24,8

32

40

44,8

[10,∞)

14,4

16,8

23,2

31,6

26,4

34,8

41,6

46,8

Pass 5

[0,1)

8

8

12

12

22,4

22,4

24

24

[1,3)

11,2

12

16

19,2

25,6

28

32

34

[3,5)

13,2

14

22,4

26,4

28,8

33,2

38,4

42

[5,7)

14,4

15,6

27,2

32

31,6

37,6

43,2

46,8

[7,10)

15,2

16,4

28,8

35,6

33,2

40,4

46,4

51,2

[10,∞)

16,4

18,8

30,4

38,8

33,6

42

48

53,2

.

Artikolu 2

Id-data ta’ referenza li għandha tintuża

Meta jiddeterminaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu applikabbli għall-emittenti u l-garanti tal-assi msemmija fl-Artikolu 8b(2) sa (8) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31, għall-perijodu bejn is-7 ta’ April 2020 u t-18 ta’ Mejju 2020, il-BĊNi għandhom jirreferu għad-data ta’ referenza li hija rilevanti għal dawk l-emittenti u l-garanti tal-assi fis-7 ta’ April 2020, kif ipprovdut mill-BĊE.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi u għandha tibqa’ fis-seħħ sad-29 ta’ Settembru 2021.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-18 ta' Mejju 2020. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE dwar it-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2020.

3.   Il-BĊNi għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 2 ta’ din il-Linja Gwida mid-data li fiha tidħol fis-seħħ din il-Linja Gwida.

Artikolu 4

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).

(*6)  jiġifieri [0,1) ħajja medja ponderata (WAL) ta' inqas minn sena, [1,3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

(*7)  jiġifieri [0,1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.


Fuq