Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32018R0318
Regulation (EU) 2018/318 of the European Central Bank of 22 February 2018 amending Regulation (EU) No 1011/2012 concerning statistics on holdings of securities (ECB/2018/7)
Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/7)
Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/7)
ĠU L 62, 5.3.2018, p. 4–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
5.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/4 |
REGOLAMENT (UE) 2018/318 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta' Frar 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/7)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-iskop tad-dejta miġbura taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (2) huwa li jipprovdi lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) b'informazzjoni statistika dwar l-esponiment ta' setturi ekonomiċi u ta' aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għal klassijiet speċifiċi ta' titoli f'livell diżaggregat ħafna. Din l-informazzjoni tiffaċilita l-analiżi fil-fond tal-mekkaniżmu ta' trażmissjoni tal-politika monetarja u l-valutazzjoni tal-esponiment tal- Eurosistema għal riskji fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tagħha. Hija tħalli wkoll li ssir analiżi fil-fond tal-istabilità finanzjarja, inkluż l-identifikazzjoni l-monitoraġġ tar-riskji għaliha. |
(2) |
Fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (3), Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 (5), id-dejta miksuba hija użata wkoll għas-superviżjoni prudenzjali u għal skopijiet ta' riżoluzzjoni u tingħata lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(3) |
Il-kunċett ta' aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp ġie mdaħħal u ddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) mir-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/22) (6). Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ser jidentifika aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp għal ġbir ta' dejta taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) billi jikkunsidra bosta kriterji, inkluż ir-relevanza tal-aġent li jirrapporta dejta ta' grupp għall-istabilità u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja fiż-żona tal-euro u/jew Stati Membri individwali. Sabiex ikun hemm aktar ċarezza legali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat illi l-entitajiet sinifikanti kollha taħt superviżjoni li huma tażt is-superviżjoni diretta tal-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, għandhom jitqiesu bħala rilevanti għall-istabilità u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja, u konsegwentement huma jistgħu jiġu identifikati wkoll bħala aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp. |
(4) |
Soġġetti għad-deċiżjoni tal-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti. wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1384, aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp jistgħu jirrappurtaw dejta rrappurtata skont l-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) (minn hawn 'il quddiem “dejta ta' grupp”Ħ direttament lill-BĊE. Dan jippermetti użu aktar effiċjenti tal-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni disponibbli tad-Database tal-Istatistika tal-Investimenti fit-Titoli [Securities Holdings Statistics Database] tas-SEBĊ u jevita l-ħtieġa li jitwaqqfu sistemi separati għall-ipproċessar ta' dejta nazzjonali f'kull BĊN. |
(5) |
Jekk BĊN jiddeċiedi li ma jiġborx id-dejta ta' grupp, huwa għandu jinforma lill-BĊE, f'liema każ ill-BĊE għandu jieħu f'idejh il-kompitu tal-ġbir ta' dejta direttament mill-aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp. Il-BĊE u l-BĊN ikkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti neċessarji bejniethom. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandu jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 2(4), il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:
|
2. |
L-Artikolu 3a huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 4a huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 4a Derogi għal aġenti li jirrapportaw dejta ta' grupp 1. Il-BĊN relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fl-Artikolu 3a skont kif ġej:
2. Il-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar fir-rigward tal-bandiera ‘emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar (ambitu prudenzjali)’, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, kif stipulat fl-Artikolu 3a(3), sakemm il-BĊN jew il-BĊE relevanti, skont kif applikabbli, ikun jista' joħroġ din id-dejta mid-dejta miġbura minn sorsi oħra. 3. Għal perijodu ta' sentejn mill-ewwel rapportar skont l-Artikolu 10b(2), il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti lil aġenti li jirrappurtaw dejta ta' grupp derogi mir-rekwiżiti ta' rapportar fir-rigward tar-rapportar fuq bażi ta' titolu b'titolu stipulati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I għal entitajiet residenti barra mill-Unjoni sakemm il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabblt, ikun jista' jieħu l-informazzjoni fil-Kapitolu 2 tal-Anness I għall-entitajiet residenti barra mill-Unjoni kollha.”; |
4. |
L-Artikolu 4b huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 4b Derogi ġenerali u qafas applikabbli għad-derogi kollha 1. Il-BĊN relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jagħti derogi mir-rekwiżiti ta' rappurtar taħt dan ir-Regolament jekk l-aġenti ta' rapportar attwali jirrapportaw l-istess dejta taħt: (a) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (*1); (b) Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38); (c) Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40); jew (d) Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50); jew jekk il-BĊN relevanti jew il-BĊE, skont kif applikabbli, ikunu kapaċi jidderivaw l-istess dejta b'mezzi oħrajn, skont l-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness III. 2. Il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, għandu jiżgurau illi jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stipulati taħt dan l-Artikolu u fl-Artikoli 4 u 4a għall-finijiet tal-għoti, it-tiġdid jew l-irtirar, kif applikabbli u meta jkun neċessarju, ta' xi deroga b'effett mill-bidu ta' kull sena kalendarja. 3. Il-BĊNi relevanti jew, fejn id-dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, wara li jikkonsulta lill-BĊN relevanti, jista' jissuġġetta lill-aġenti ta' rapportar attwali li jkunu ngħataw derogi taħt dan l-Artikolu, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 4a, suġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali, fejn dettalji ulterjuri huwa meqjusa neċessarji mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli. Aġenti ta' rapportar attwali għandhom jirrapportaw id-dejta mitluba fi żmien 15-il jum ta' xogħol dwar talba magħmula mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli. 4. Fejn ikunu ngħataw derogi mill-BĊN relevanti jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), mill-BĊE, l-aġenti ta' rapprtar attwali jistgħu madankollu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar kollha. Aġent ta' rapportar attwali li jagħżel li ma jużax id-derogi mogħtija mill-BĊN relevanti jew mill-BĊE, skont kif applikabbli, għandu jikseb il-kunsens tal-BĊN relevanti jew tal-BĊE, skont kif applikabbli, qabel ma juża d-derogi mogħtija f'data aktar tard. (*1) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).”;" |
5. |
L-Artikolu 6a huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 6a Tempestività tad-dejta ta' grupp 1. Il-BĊNi għandhom jittrasmettu lill-BĊE dejta ta' grupp trimestrali fuq bażi ta' titolu b'titolu skont l-Artikolu 3a(1) u l-Kapitolu 2 tal-Anness I sas-18:00 CET fil-55 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirrelata d-dejta. 2. Jekk BĊN jiddeċiedi skont l-Artikolu 3a(5) illi l-aġenti ta' rapportar għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika direttament lill-BĊE, l-aġenti ta' rapportar għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni lill-BĊE sas-18:00 CET fil-45 jum tal-kalendarju wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirrelata d-dejta.” |
6. |
L-Artikolu 7a huwa ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7a Fużjonijiet, diviżjonijiet u riorganizzazzjonijiet Fil-każ ta' fużjoni, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista' taffettwa t-twettiq ta' obbligi statistiċi, l-aġenti ta' rapportar ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, jew, fejn dejta ta' grupp hija rrapportata lill-BĊE skont l-Artikolu 3a(5), il-BĊE, direttament jew permezz tal-BĊN relevanti b'konformità mal-arranġamenti ta' kooperazzjoni, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jitwettqu r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku stipulati f'dan ir-Regolament.”; |
7. |
L-Artikolu 10c li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 10c L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/7) L-ewwel rapportar ta' dejta ta' grupp skont l-Artikolu 3a wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/7) (*2) għandu jibda bid-dejta għall-perijodu ta' referenza Settembru 2018. (*2) Regolament (UE) 2018/318 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2018/7) (ĠU L 62, 5.3.2018, p. 4).”" |
8. |
L-Annessi I, II u III huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1)
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta' Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/1384 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2016/22) (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 24).
ANNESS
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huma emendati kif ġej:
1. |
Anness I, Kapitolu 2, huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
3. |
L-Anness III huwa emendat kif gej:
|