EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32018O0005

Linja Gwida (UE) 2018/572 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2018/5)

ĠU L 95, 13.4.2018, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2018/572/oj

13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/49


LINJA GWIDA (UE) 2018/572 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Frar 2018

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2018/5)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv tal- Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li titoli ggarantiti minn ipoteki kummerċjali (CMBSs) għandhom ikunu ineliġibbli bħala kollateral taħt il-qafas tal-kollateral tall-Eurosistema peress illi r-riskju u l-kumplessità tas-CMBSs huma sostanzjalment differenti, kemm f'termini ta' assi sottostanti kif ukoll ta' karatteristiċi strutturali, minn titoloħra ggaranatiti minn assi li huma aċċettati mill-Eurosistema bħala kollateral.

(2)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 (1) għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

Fl-Artikolu 3(1)(a) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31, jitħassar il-punt (iii)

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-16 ta' April 2018. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-16 ta' Marzu 2018.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28)


Fuq