EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32017D0040

Deċiżjoni (UE) 2017/2443 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2017 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2018 (BĊE/2017/40)

ĠU L 344, 23.12.2017, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2443/oj

23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/61


DEĊIŻJONI (UE) 2017/2443 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta' Diċembru 2017

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2018 (BĊE/2017/40)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-19-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta' muniti li għandhom jinħarġu fl-2018, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, il-volumi approvati mill-BĊE m'għandhomx jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2018

Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandu jinħareġ mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2018, kif jidher fit-tabella li ġejja:

(EUR miljun)

 

Volum ta' muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2018

 

Muniti fiċ-ċirkolazzjoni

Muniti għall-kollezzjonisti

(mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

Volum ta' ħruġ ta' muniti

Il-Belġju

48,8

1,0

49,8

Il-Ġermanja

421,0

218,5

639,5

L-Estonja

13,2

0,6

13,8

L-Irlanda

18,5

0,5

19,0

Il-Greċja

101,8

0,7

102,5

Spanja

321,1

30,0

351,1

Franza

262,5

51,0

313,5

L-Italja

203,9

2,1

206,0

Ċipru

12,0

0,1

12,1

Il-Latvja

10,0

0,4

10,4

Il-Litwanja

22,0

0,5

22,5

Il-Lussemburgu

13,5

0,2

13,7

Malta

9,5

0,2

9,7

Il-Pajjiżi l-Baxxi

35,0

4,0

39,0

L-Awstrija

95,2

182,0

277,2

Il-Portugall

52,0

3,0

55,0

Is-Slovenja

24,0

2,0

26,0

Is-Slovakkja

17,0

1,5

18,5

Il-Finlandja

25,0

10,0

35,0

Total

1 706,0

508,3

2 214,3

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-indirizzati.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta' Diċembru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.


Fuq