EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32016O0032
Guideline (EU) 2016/2299 of the European Central Bank of 2 November 2016 amending Guideline (EU) 2016/65 on the valuation haircuts applied in the implementation of the Eurosystem monetary policy framework (ECB/2016/32)
Linja Gwida (UE) 2016/2299 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Novembru 2016 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2016/32)
Linja Gwida (UE) 2016/2299 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Novembru 2016 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2016/32)
ĠU L 344, 17.12.2016, p. 117–122
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
17.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/117 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/2299 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta' Novembru 2016
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2016/32)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-assi kollha li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal- Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f'ċirkustanzi fejn il-kollateral tagħha jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta' inadempjenza ta' kontroparti. Bħala riżultat ta' reviżjoni regolari tal-qafas għall-kontroll tar-riskju, hemm bżonn li jsiru diversi aġġustamenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. |
(2) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata skont kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 1 Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli 1. Skont it-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni, kif iddefiniti fil-punt 97 tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), fil-livelli stipulati fit-Tabella 2 u 2a fl-Anness għal din il-Linja Gwida. 2. Il-haircut fil-valutazzjoni għal assi speċifiku tiddependi fuq il-fatturi li ġejjin:
|
2. |
fl-Artikolu 2, il-punti (b) u (c) huma mibdula b'dan li ġej:
|
3. |
L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 3 Haircuts fil-valutazzjoni għall-assi negozjabbli 1. Il-haircuts fil-valutazzjoni għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut I sa IV għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta':
2. Għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut 1 sa IV, il-haircut fil-valutazzjoni applikabbli għandhom jiddependu fuq il-maturità residwa u l-istruttura tal-kupun kif ġej:
3. Għal assi negozjabbli allokati għall kategorija ta' haircut V, irrispettivament mill-istruttura tal-kupun tagħhom, il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif dettaljat fil-paragrafi 4 u 5. Il-haircuts il-valutazzjoni applikabbli għall-assi negozjabbli fil-kategorija V huma stabbiliti fit-Tabella 2a fl-Anness ta' din il-Linja Gwida. 4. Il-ħajja medja ppeżata tas-segment prijoritarju ta' titolu ggarantit b'assi għandha tiġi stmata bħala ż-żmien medju ppeżat li jifdal mistenni sakemm ikun sar ħlas lura għal dak is-segment. Għal titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma, il-kalkolu tal-ħajja medja ppeżata għandu jassumi li l-opzjonijiet tas-sejħa tal-emittent ma jiġux eżerċitati. 5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, “titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma” għandu jfisser titoli ggarantiti b'assi użati f'perċentwali ikbar minn 75 % tal-ammont nominali pendenti minn kontroparti li oriġinat t-titolu ggarantit b'assi jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-oriġinatur. Dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”; |
4. |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 huwa mibdul b'li ġej: “5. Strumenti ta' dejn iggarantiti b'ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta' 36,5 %.”; |
5. |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 7 huwa mibdul b'li ġej: “7. Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti inkluża fl-aggregazzjoni ta' kopertura ta' strument ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli (iktar 'il quddiem “DECC”) għandha tkun soġġetta għal haircut fil-valutazzjoni applikata f'livell individwali skont ir-regoli stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 iktar 'il fuq. Il-valur aggregat tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura wara l-applikazzjoni ta' haircuts fil-valutazzjoni għandu, f'kull mument, jibqa' ekwivalenti għal jew 'il fuq mill-valur tal-ammont prinċipali tad-DECC li jkun pendenti. Jekk il-valur aggregat jaqa' taħt il-livell minimu msemmi fis-sentenza preċedenti, id-DECC għandu jitqies ineliġibbli.”; |
6. |
L-Anness I għal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa ssostitwit bl-Anness għal din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta' Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).
ANNESS
L-Anness tal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS
Tabella 1
Kategoriji ta' haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
Kategorija V |
strumenti ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali ċertifikati ta' dejn tal-BĊE ċertifikati ta' dejn maħruġa minn banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv |
strumenti ta' dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali strumenti ta' dejn maħruġa mill-entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema strumenti ta' dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali Bonds kopert jumbo li jikkonformaw tal-UCITS |
Bonds koperti li jikkonformaw mal-UCITS li mhumiex bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-UCITS bonds koperti oħra strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji u korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern |
strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu |
Titoli ggarantiti b'assi |
Tabella 2
Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut I sa IV
|
Kategoriji ta' telf impost |
||||||||
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) (*1) |
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
||||
kupun fiss |
kupun żero |
kupun fiss |
kupun żero |
kupun fiss |
kupun żero |
kupun fiss |
kupun żero |
||
Passi 1 u 2 |
[0-1) |
0,5 |
0,5 |
1,0 |
1,0 |
1,0 |
1,0 |
7,5 |
7,5 |
[1-3) |
1,0 |
2,0 |
1,5 |
2,5 |
2,0 |
3,0 |
10,0 |
10,5 |
|
[3-5) |
1,5 |
2,5 |
2,5 |
3,5 |
3,0 |
4,5 |
13,0 |
13,5 |
|
[5-7) |
2,0 |
3,0 |
3,5 |
4,5 |
4,5 |
6,0 |
14,5 |
15,5 |
|
[7-10) |
3,0 |
4,0 |
4,5 |
6,5 |
6,0 |
8,0 |
16,5 |
18,0 |
|
[10,∞) |
5,0 |
7,0 |
8,0 |
10,5 |
9,0 |
13,0 |
20,0 |
25,5 |
|
|
Kategoriji ta' haircut |
||||||||
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) (*1) |
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
||||
kupun fiss |
kupun żero |
kupun fiss |
kupun żero |
kupun fiss |
kupun żero |
kupun fiss |
kupun żero |
||
Pass 3 |
[0-1) |
6,0 |
6,0 |
7,0 |
7,0 |
8,0 |
8,0 |
13,0 |
13,0 |
[1-3) |
7,0 |
8,0 |
9,5 |
13,5 |
14,5 |
15,0 |
22,5 |
25,0 |
|
[3-5) |
9,0 |
10,0 |
13,5 |
18,5 |
20,5 |
23,5 |
28,0 |
32,5 |
|
[5-7) |
10,0 |
11,5 |
14,0 |
20,0 |
23,0 |
28,0 |
30,5 |
35,0 |
|
[7-10) |
11,5 |
13,0 |
16,0 |
24,5 |
24,0 |
30,0 |
31,0 |
37,0 |
|
[10,∞) |
13,0 |
16,0 |
19,0 |
29,5 |
24,5 |
32,0 |
31,5 |
38,0 |
Tabella 2a
Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut V
|
|
Kategorija V |
Kwalità tal-kreditu |
Ħajja Medja Peżata (WAL) (*2) |
Haircut ta' valutazzjoni |
Passi 1 u 2 (AAA sa A–) |
[0-1) |
4,0 |
[1-3) |
4,5 |
|
[3-5) |
5,0 |
|
[5-7) |
9,0 |
|
[7-10) |
13,0 |
|
[10,∞) |
20,0 |
Tabella 3
Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli b'pagamenti ta' imgħax fiss
|
Metodoloġija ta' valutazzjoni |
||
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) (*3) |
Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN |
Pagament fiss ta' imgħax u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN |
Passi 1 u 2 (AAA sa A-) |
[0-1) |
10,0 |
12,0 |
[1-3) |
12,0 |
16,0 |
|
[3-5) |
14,0 |
21,0 |
|
[5-7) |
17,0 |
27,0 |
|
[7-10) |
22,0 |
35,0 |
|
[10,∞) |
30,0 |
45,0 |
|
|
Metodoloġija ta' valutazzjoni |
||
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) (*3) |
Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN |
Pagament fiss ta' imgħax u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN |
Pass 3 (BBB+ sa BBB-) |
[0-1) |
17,0 |
19,0 |
[1-3) |
28,5 |
33,5 |
|
[3-5) |
36,0 |
45,0 |
|
[5-7) |
37,5 |
50,5 |
|
[7-10) |
38,5 |
56,5 |
|
[10,∞) |
40,0 |
63,0 |
(*1) i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.
(*2) i.e. [0-1) WAL ta' inqas minn sena, [1-3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.
(*3) i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.