EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32016D0039

Deċiżjoni (UE) 2016/1975 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Novembru 2016 dwar is-subdelega ta' setgħat biex tingħata akkreditazzjoni provviżorja (BĊE/2016/39)

ĠU L 304, 11.11.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 27/07/2021; Imħassar b' 32021D1274

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1975/oj

11.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/9


DEĊIŻJONI (UE) 2016/1975 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta' Novembru 2016

dwar is-subdelega ta' setgħat biex tingħata akkreditazzjoni provviżorja (BĊE/2016/39)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2013/54 tal-20 ta' Diċembru 2013 dwar dwar il-proċeduri ta' akkreditazzjoni għal manifatturi ta' oġġetti tal-euro siguri u oġġetti tal-euro u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/3 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bord Eżekuttiv huwa kompetenti biex jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-akkreditazzjoni ta' manifattur skont l-Artikoli 6, 16 sa 18 u 20 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/54 u biex jissubdelega s-setgħat biex jagħti akkreditazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni lil membru jew membri tiegħu.

(2)

Sabiex il-proċedura tal-akkreditazzjoni ssir iktar effiċjenti, is-setgħat għall-għoti ta' akkreditazzjoni provviżorja għandhom jiġu ssubdelegati lill-membru tal- Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta d-Direttorat tal-Karti tal-Flus.

(3)

Sabiex tiġi ssalvagwardata r-responsabbiltà kollettiva tal-Bord Eżekuttiv, il-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu tingħata is-subdelega għandu jipprovdi rapport annwali dwar id-deċiżjonijiet tal-akkreditazzjoni lill-Bord Eżekuttiv sakemm ma tkun ingħatat l-ebda akkreditazzjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/15 (2) tirriferi għall-kompetenzi attribwiti lill-Bord Eżekuttiv skont l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2011/8 (3) u skont l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/22 (4). Kemm id-Deċiżjoni BĊE/2011/8 kif ukoll id-Deċiżjoni BĊE/2010/22 tħassru bid-Deċiżjoni BĊE/2013/54. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni BĊE/2012/15 għandha titħassar ukoll.

(5)

Minħabba l-bżonn li tiġi organizzata l-proċedura ta' akkreditazzjoni b'mod effiċjenti u fid-dawl ta' talbiet urġenti pendenti għall-akkreditazzjoni, is-subdelega għandha ssir kemm jista' jkun malajr u tidħol fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Subdelega tas-setgħat

Il-Bord Eżekuttiv jissubdelega s-setgħat li jagħti akkreditazzjoni provviżorja taħt l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/54 lill-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta id-Direttorat tal-Karti tal-Flus.

Artikolu 2

Obbligu ta' rapportar

Il-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta d-Direttorat tal-Karti tal-flus għandu jipprovdi rapport annwali dwar id-deċiżjonijiet tal-akkreditazzjoni lill-Bord Eżekuttiv bis-saħħa tal-Artikolu 1, sakemm ma tkun ingħatat l-ebda akkreditazzjoni.

Artikolu 3

Revoka

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/15 hija mħassra.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta' Novembru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 57, 27.2.2014, p. 29.

(2)  Deċiżjoni BĊE/2012/15 tas-17 ta' Lulju 2012 dwar is-subdelega ta' setgħat biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi l-akkreditazzjonijiet (ĠU L 209, 4.8.2012, p. 17).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2011/8 tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar il-proċeduri għall-akkreditazjoni ambjentali u tas-saħħa u s-sigurtà għall-produzzjoni ta' karti tal-flus tal-euro (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 52).

(4)  Deċiżjoni BĊE/2010/22 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar il-proċedura għall-akkreditazzjoni tal-kwalità għall-manifatturi ta' karti tal-flus tal-euro (ĠU L 330, 15.12.2010, p. 14).


Fuq