EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32016D0016
Decision (EU) 2016/948 of the European Central Bank of 1 June 2016 on the implementation of the corporate sector purchase programme (ECB/2016/16)
Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16)
Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16)
ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 25/01/2024
15.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/28 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/948 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta' Ġunju 2016
dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (B~E), flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tag]hom hija l-euro jista' jopera fis-swieq finanzjarji billi jixtri u jbiegħ b'mod definittiv strumenti negozjabbli. |
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (1), li stabbilixxiet it-tielet programm ta' xiri ta' bonds garantiti, ġiet adottata fil-15 ta' Ottubru 2014. Id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/45) (2), li stabbilixxiet programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi, ġiet adottata fid-19 ta' Novembru 2014. Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (3) li stabbilixxiet programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji (iktar 'il quddiem il-“PSPP”), ġiet adottata fl-4 ta' Marzu 2015 u espandiet il-programmi eżistenti ta' xiri ta' assi. Flimkien mal-operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati aktar fit-tul skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/34 tal-Bank Ċentrali Ewropew (4) u d-Deċiżjoni (UE) 2016/810 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/10) (5), dawn il-programmi ta' xiri ta' assi huma mmirati biex ikomplu jtejbu t-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex b'hekk jiffaċilitaw l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffu l-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u negozji u jikkontribwixxu sabiex ir-rati ta' inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li jkunu taħt, iżda qrib, it-2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv ewlieni tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. |
(3) |
Fl-10 ta' Marzu 2016 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jkompli jespandi l-programmi ta' xiri ta' assi msemmija iktar 'il fuq u li jagħti bidu għal programm ta' xiri ta' assi mis-settur korporattiv (CSPP), bħala parti mill-politika monetarja waħdanija u f'segwitu tal-objettiv tiegħu ta' stabbiltà tal-prezzijiet. Din id-deċiżjoni ttieħdet sabiex tkompli tissaħħaħ il-mogħdija tax-xirjiet ta' assi mill-Eurosistema lill-kundizzjonijiet ta' finanzjament tal-ekonomija reali, u sabiex tipprovdi, b'mod konġunt mal-miżuri l-oħrajn mhux standard tal-politika monetarja fis-seħħ, akkomodazzjoni ulterjuri tal-politika monetarja u tikkontribwixxi għal ritorn tar-rati ta' inflazzjoni għal livelli li jkunu taħt, iżda qrib, it-2 % muq medda ta' żmien medju. |
(4) |
Is-CSPP ser ikun parti mill-programm ta' xiri ta' assi (APP), li taħtu x-xirjiet huma maħsuba li jibqgħu għaddejjin sat-tmiem ta' Marzu 2017, jew lil hinn, jekk dan ikun meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fit-trajettorja tal-inflazzjoni li tkun konsistenti mal-għan tiegħu li jikseb rati ta' inflazzjoni li jkunu taħt, iżda qrib, it-2 % fuq medda ta' żmien medju. |
(5) |
Is-CSPP għandu jinkludi għadd ta' salvagwardji sabiex jiżgura li x-xirjiet previsti jkunu proporzjonati mal-għanijiet tiegħu. Dawn is-salvagwardji għandhom jiżguraw ukoll li riskji finanzjarji relatati jiġu meqjusa fid-disinn tas-CSPP u għandhom jirriflettu perspettivi tal-ġestjoni tar-riskju. Barra minn hekk, strumenti ta' dejn negozjabbli eliġibbli maħruġa minn impriżi pubbliċi għandhom ikunu soġġetti għal limiti, b'mod konsistenti ma' dawk applikati għal xirjiet taħt il-PSPP. |
(6) |
Is-CSPP għandu jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt it-Trattat, inkluża l-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju b'rabta max-xiri ta' strumenti ta' dejn negozjabbli eliġibbli maħruġa minn impriżi pubbliċi. |
(7) |
Is-CSPP għandu jirrispetta l-prinċipju ta' ekonomija tas-suq miftuħa b'kompetizzjoni ħielsa, waqt li jagħti l-konsiderazzjoni dovuta lill-formazzjoni ta' prezzijiet tas-suq u l-funzjonament tas-swieq. |
(8) |
B'mod konformi mal-komponenti l-oħrajn tal-APP, l-istrumenti prinċipali tal-istrumenti ta' dejn negozjabbli eliġibbli mixtrija taħt is-CSPP għandhom jiġu investiti mill-ġdid hekk kif l-istrumenti ta' dejn sottostanti jimmaturaw, għat-tul ta' żmien meħtieġ, biex b'hekk jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ta' likwidità favorevoli u għal pożizzjoni ta' politika monetarja xierqa. |
(9) |
Ix-xiri definittiv ta' strumenti ta' dejn negozjabbli eliġibbli mill-Eurosistema taħt is-CSPP għandu jiġi implimentat b'mod deċentralizzat skont din id-Deċiżjoni, u għandu jiġi kkoordinat mill-BĊE, biex b'hekk tiġi ssalvagwardata l-uniċità tal-politika monetarja tal-Eurosistema, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tax-xiri b'mod definittiv ta' bonds korporattivi
Is-CSPP qiegħed jiġi stabbilit bil-preżenti. Taħt is-CSPP, banek ċentrali speċifikati tal-Eurosistema jistgħu jixtru bonds korporattivi eliġibbli mingħand kontropartijiet eliġibbli fis-swieq primarji u sekondarji, waqt li bonds korporattivi tas-settur pubbliku, kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1), jistgħu jinxtraw biss fis-swieq sekondarji, taħt kundizzjonijiet speċifiċi.
Artikolu 2
Kriterji ta' eliġibbiltà għal bonds korporattivi
Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt is-CSPP, it-titoli ta' dejn negozjabbli għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà għal assi negozjabbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema skont il-Parti 4 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (6) u r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin.
1. |
L-emittent tal-istrument ta' dejn negozjabbli:
|
2. |
L-istrument ta' dejn negozjabbli għandu maturità rimanenti minima ta' 6 xhur u maturità rimanenti massima ta' 30 sena u 364 jum fiż-żmien meta jinxtara mill-bank ċentrali relevanti tal-Eurosistema. |
3. |
B'devjazzjoni mill-Artikolu 59(5) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-istrument ta' dejn negozjabbli, għandha titqies biss informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-kreditu li tkun ipprovduta minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu li tkun aċċettata fi ħdan il-qafas ta' valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema. |
4. |
L-istrument ta' dejn negozjabbli huwa ddenominat f'euro. |
5. |
Huwa permess xiri ta' strumenti ta' dejn negozjabbli nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) 'il fuq mir-rata tal-faċilità ta' depożitu. |
Artikolu 3
Limitazzjonijiet fuq l-eżekuzzjoni ta' xiri ta' bonds korporattivi tas-settur pubbliku
1. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, “bond korporattiv tas-settur pubbliku” tfisser bond korporattiv li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2 u jinħareġ minn impriża pubblika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 (13).
2. Sabiex tkun permessal-formazzjoni ta' prezz tas-suq għal bonds korporattivi eliġibbli tas-settur pubbliku, m'għandu jkun permess ebda xiri ta' bonds korporattivi tas-settur pubblika li jkunu nħarġu ġodda jew ittappjati, jew ta' bonds korporattivi tas-settur pubbliku maħruġa mill-istess entità jew mill-entitajiet fi ħdan il-grupp tal-emittent b'maturitajiet li jiskadu qrib fiż-żmien għal, jew kemmxejn qabel jew wara, il-maturità tal-istrumenti ta' dejn negozjabbli li għandhom jinħarġu jew jiġu ttappjati, fuq perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kunsill Governattiv.
Artikolu 4
Limiti tax-xiri
1. Limitu ta' ħruġ ta' ishma skont in-numru tal-identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali (ISIN) għandu japplika taħt is-CSPP, wara li jiġu kkonsolidati l-investimenti fil-portafolli kollha tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. Il-limitu tal-ħruġ ta' ishma għandu jkun ta' 70 % għal kull ISIN għall-bonds korporattivi kollha minbarra bonds korportattivi tas-settur pubbliku.
Limitu aktar baxx tal-ħruġ ta' ishma jista' japplika f'każijiet speċifiċi, inkluż għal bonds korporattivi tas-settur pubbliku jew għal raġunijiet tal-ġestjoni tar-riskju. Bonds korporattivi tas-settur pubbliku għandhom jiġu indirizzati b'mod konsistenti mat-trattament tagħhom taħt il-PSPP.
2. L-Eurosistema għandha twettaq proċeduri xierqa tar-riskju tal-kreditu u tad-diliġenza dovuta fuq bonds korporattivi eliġibbli fuq bażi kontinwa.
3. L-Eurosistema għandha tiddefinixxi limiti ta' xiri addizzjonali għal gruppi ta' emittenti bbażati fuq allokazzjoni ta' punt ta' riferiment relatat mal-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-grupp tal-emittent sabiex tiġi gurata allokazzjoni diversifikata ta' xirjiet fuq medda ta' emittenti u gruppi ta' emittenti.
Artikolu 5
Banek ċentrali tal- Eurosistema li jixtru
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema li jixtru bonds korporattivi taħt is-CSPP għandhom ikunu speċifikati f'lista ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE. L-Eurosistema għandha tapplika skema ta' speċjalizzazzjoni għall-allokazzjoni ta' bonds korporattivi li għandhom jinxtraw taħt is-CSPP li tkun ibbażata fuq il-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-emittent. Il-Kunsill Governattiv għandu jippermetti devjazzjonijiet ad hoc mill-iskema ta' speċjalizzazzjoni jekk ikun hemm konsiderazzjonijiet oġġettivi li jostakolaw l-implimentazzjoni tal-iskema jew jekk dawk id-devjazzjonijiet ikunu rakkomandazzjoni sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika monetarja ġenerali tas-CSPP. B'mod partikolari, kull bank ċentrali speċifikat tal-Eurosistema għandu jixtri biss bonds korporattivi eliġibbli maħruġa minn emittenti inkorporati fi Stati Membri speċifikati fi ħdan iż-żona tal-euro. L-allokazzjoni ġeografika tal-pajjiżi ta' inkorporazzjoni tal-emittenti ta' bonds korporattivi eliġibbli b'rabta mal-banek ċentrali speċifikati tal-Eurosistema għandha tiġi stipulata f'lista ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE.
Artikolu 6
Kontropartijiet eliġibbli
Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontrpartijiet eliġibbli għas-CSPP, kemm għal transazzjonijiet definittivi kif ukoll għal transazzjonijiet ta' self ta' titoli li jinvolvu bonds iggarantiti miżmuma fil-portafolli CSPP tal-Eurosistema:
(a) |
entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà biex jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema skont l-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); u |
(b) |
kwalunkwe kontropartijiet oħra li jintużaw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta' investiment tagħhom iddenominati f'euro. |
Artikolu 7
Transazzjonijiet ta' self ta' titoli
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema li jixtru bonds korporattivi taħt is-CSPP għandhom jagħmlu disponibbli għas-self titoli mixtrijin taħt is-CSPP, inklużi repos, sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-CSPP.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet finali
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Ġunju 2016.
Magħmul fi Vjenna, l-1 ta' Ġunju 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10) (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).
(4) Id-Deċiżjoni BĊE/2014/34 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Lulju 2014 dwar miżuri fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati aktar fit-tul (ĠU L 258, 29.8.2014, p. 11).
(5) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati iktar fit-tul (BĊE/2016/10) (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 107).
(6) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament dwar il-Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(10) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1)
(11) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(12) Lista ta' dawn l-entitajiet hija ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 104 u 104 B(1) tat-Trattat (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1).