EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02014D0045(01)-20170721

Test konsolidat: Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/5/2017-07-21

02014D0045(01) — MT — 21.07.2017 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2015/5 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta' Novembru 2014

dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi

(BĊE/2014/45)

(ĠU L 001 6.1.2015, p. 4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2015/1613 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta' Settembru 2015

  L 249

28

25.9.2015

►M2

DEĊIŻJONI (UE) 2017/102 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-11 ta' Jannar 2017

  L 16

55

20.1.2017

►M3

DEĊIŻJONI (UE) 2017/1361 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-18 ta' Mejju 2017

  L 190

24

21.7.2017




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2015/5 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta' Novembru 2014

dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi

(BĊE/2014/45)



Artikolu 1

Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tal-ABSPP

L-ABSPP, li taħtu l-BĊE għandu jixtri ABS eliġibbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 u skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, qiegħed jiġi stabbilit bil-preżenti. Taħt l-ABSPP, il-BĊE jista' jagħti struzzjonijiet lill-aġenti tiegħu biex jixtru ABS eliġibbli f'ismu fis-swieq primarji u sekondarji minn kontropartijiet eliġibbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4.

Artikolu 2

Kriterji ta' eliġibbiltà għax-xiri definittiv ta' ABS

L-ABS għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt l-ABSPP, sakemm jissodisfaw dawn il-kriterji ta' eliġibbiltà.

(1) L-ABS ikollhom valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu li tkun konformi ma', bħala minimu, il-pass 3 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema ( 1 ), espressa fil-forma ta' mill-inqas żewġ klassifikazzjonijiet ta' kreditu pubbliċi pprovduti minn kwalunkwe żewġ Istituzzjonijiet Esterni ta' Valutazzjoni tal-Kreditu (External Credit Assessment Institutions — ECAIs) aċċettati fi ħdan il-Qafas ta' Valutazzjoni tal-Kreditu tal-Eurosistema (Eurosystem Credit Assessment Framework — ECAF).

▼M1

(2) Minbarra kif huwa pprovdut fil-punt 1 iktar 'il fuq u l-punt 9 iktar 'l isfel, l-ABS jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà applikabbli għall-ABS sottomessi bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema kif stipulat fil-Linja Gwida BĊE/2014/60 ( 2 ).

▼B

(3) Meta l-ABS ma jkollhomx valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu b'mod konformi ma' tal-inqas il-pass 2 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, espressa fil-forma ta' mill-inqas żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pubbliċi pprovduti minn kwalunwe żewġ ECAIs aċċettati fi ħdan l-ECAF, l-ABS għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 2, jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà applikabbli għall-ABS sottomessi bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema skont l-Artikolu 3 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 ( 3 ).

(4) Mhux inqas minn 90 % tal-obbliganti tal-assi li jiġġeneraw fluss ta' flus li jiggarantixxu l-ABS huma kklassifikati bħala korporazzjonijiet mhux finanzjarji tas-settur privat ( 4 ) jew persuni fiżiċi, imkejla b'referenza għall-ammont prinċipali pendenti tal-assi li jiġġeneraw fluss ta' flus attribwibbli għal dawk l-obbliganti.

(5) Mhux inqas minn 95 % ta':

(a) l-ammont prinċipali pendenti tal-assi li jiġġeneraw il-fluss ta' flus li jiggarantixxu l-ħruġ tal-ABS huwa ddenominat f'euro;

(b) kwalunkwe proprjetajiet li jiggarantixxu l-assi li jiġġeneraw fluss ta' flus li jiggarantixxu ħruġ ta' ABS ta' titoli residenzjali ggarantiti b'ipoteka (residential mortgage-backed securities -RMBS) jew titoli kummerċjali ggarantiti b'ipoteka (commercial mortgage-backed securities -CMBS) jinsabu fiż-żona tal-euro, imkejla b'referenza għall-ammont prinċipali pendenti tal-assi li jiġġeneraw fluss ta' flus attribwibbli għal dawk il-proprjetajiet; u

(c) l-obbliganti tal-assi li jiġġeneraw fluss li jiggarantixxu l-ħruġ tal-ABS (minbarra ħruġ ta' ABS li jikkonsistu f'RMBS u CMBS kif deskritt taħt il-punt (b)), imkejla b'referenza għall-ammont prinċipali pendenti tal-assi li jiġġeneraw fluss ta' flus attribwibbli għal dawk l-obbliganti, huma inkorporati jew residenti, skont kif applikabbli, fiż-żona tal-euro.

(6) L-emittent tal-ABS ikun stabbilit fiż-żona tal-euro.

(7) Segment ta' ABS (bl-istess Numru Internazzjonali ta' Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) jew wieħed funġibbli) li, fil-ħin meta jkun ivvalutat mill-BĊE għal xiri potenzjali skont l-Artikolu 3, kien miżmum bis-sħiħ mill-oriġinatur jew entitajiet li magħhom ikollu rabtiet mill-qrib ( 5 ) għandu jkun eliġibbli għal xiri taħt l-ABSPP jekk investitur estern mingħajr rabta mill-qrib mal-oriġinatur (bl-eċċezzjoni ta' bank ċentrali tal-Eurosistema li jaġixxi barra l-qafas tal-ABSPP) jixtri wkoll parti minn dak is-segment ta' ABS (bl-istess ISIN jew wieħed funġibbli).

(8) Meta l-obbliganti tal-assi li jiġġeneraw fluss ta' flus li jiggarantixxu ħruġ ta' ABS ikunu inkorporati jew residenti fil-Greċja jew f'Ċipru, il-livell ta' klassifikazzjoni minimu stipulat fil-punt 1 ma għandux japplika għal dawk l-ABS sakemm ikunu soġġetti għal-limitu ta' xiri speċifikat fl-Artikolu 5(2) u jkunu jissodisfaw il-kriterji l-oħrajn kollha ta' eliġibbiltà li jkunu applikabbli għal xiri taħt l-ABSPP u dawn ir-rekwiżiti addizzjonali kollha segwenti:

(a) il-livell minimu ta' kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema użat sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà bħala kollateral ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-gvernijiet tal-Greċja jew ta' Ċipru ma jkunx applikat skont l-Artikolu 8(2) tal-Linja ta' Gwida BĊE/2014/31;

(b) l-ABS ikollhom żewġ klassifikazzjonijiet ta' kreditu pubbliċi minn kwalunkwe żewġ ECAIs aċċettati fi ħdan l-ECAF fil-livell ta' klassifikazzjoni massimu li jista' jinkiseb għal ħarġiet ta' ABS fl-Istat Membru relevanti;

(c) l-istruttura tal-ħruġ ta' ABS tinkorpora titjib tal-kreditu attwali (bħat-titjib tal-kreditu pprovdut mis-segmenti kollha tal-ħruġ tal-ABS li huma subordinati għas-segment tal-ABS eliġibbli għax-xiri) ugwali għal minimu ta' 25 % tal-ammont prinċipali attwali pendenti tas-segmenti kollha tal-ħruġ tal-ABS;

(d) rapporti tal-investituri jkunu disponibbli u l-ABS ikunu jistgħu jiġu mmudellati bl-użu ta' għodod standard minn terzi għall-immudellar tal-fluss tal-flus ta' ABS, kif ivvalutati mill-BĊE;

(e) l-aqwa valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu disponibbli għal kull waħda mill-kontropartijiet segwenti fil-ħruġ tal-ABS (jekk relevanti), bl-eċċezzjoni tas-servizzjant, tkun konformi bħala minimu mal-passi 3 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, espressa fil-forma ta' mill-inqas klassifikazzjoni ta' kreditu pubblika waħda minn kwalunkwe ECAI individwali aċċettata fi ħdan l-ECAF:

(i) kwalunkwe kont bankarju emittenti;

(ii) kwalunkwe kont bankarju emittenti garanti;

(iii) kwalunkwe fornitur ta' faċilità ta' likwidità;

(iv) kwalunkwe kontroparti f'ħeġġ;

(v) l-aġent prinċipali li jħallas; u

(vi) kwalunkwe fornitur ta' kuntratt ta' investiment iggarantit.

(f) servizzjant sostitut għall-ħarġa tal-ABS ikun ġie appuntat.

▼M1

(9) Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 77 tal-Linja Gwida BĊE/2014/60 ma għandhomx japplikaw għal segmenti intermedji ta' ABS li jkunu eliġibbli biss għal xiri taħt l-ABSPP jekk ikunu:

(a) iggarantiti b'garanzija:

(i) li tissodisfa r-rekwiżiti għal garanziji ta' assi negozjabbli kif stipulat fl-Artikoli 114, 115, 117 u 118 tal-Parti Erbgħa, Titolu IV tal-Linja Gwida BĊE/2014/60; u

(ii) maħruġa minn garanti b'valutazzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 83(c) tal-Linja Gwida BĊE/2014/60 u pprovduta minn ta' mill-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, espressa fil-forma ta' klassifikazzjoni ta' kreditu pubblika, f'konformità, bħala minimu, mal-pass 3 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b) jissodisfaw il-kriterji l-oħrajn kollha ta' eliġibbiltà applikabbli għal xiri taħt l-ABSPP.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, “segment intermedju” tfisser segment ta' ħruġ ta' ABS li, skont il-prijorità tal-ħlasijiet ta' wara l-infurzar, u jekk applikabbli, il-prijorità tal-ħlasijiet wara l-aċċelerazzjoni kif stipulat fil-prospett:

(a) tkun ikklassifikata taħt is-segment jew subsegmenti mhux subordinati tal-istess ħruġ ta' ABS kif stipulat fl-Artikolu 77 tal-Linja Gwida BĊE/2014/60; u

(b) tkun ikklassifikata 'l fuq mis-segment l-aktar subordinat jew subsegmenti li jkunu l-ewwel li jbatu telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati u li b'hekk jipprovdu protezzjoni lit-tieni telf u, fejn relevanti, segmenti jew subsegmenti ta' grad aktar għoli.

▼M2

(10) Huma permessi xirjiet ta' ABSs nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) ugwali għal jew 'il fuq mir-rata tal-faċilità ta' depożitu. Huma permessi sal-grad meħtieġ xirjiet ta' ABSs b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta' depożitu.

▼M3

(11) L-entità li oriġinat jew stabbilixxiet ABS mhijiex entità, kemm jekk tkun proprjetà pubblika jew privata, li: (i) ikollha bħala l-iskop ewlieni tagħha l-iżvestiment gradwali tal-assi tagħha u l-waqfien tan-negozju tagħha; jew (ii) tkun entità għall-ġestjoni jew l-iżvestiment ta' assi stabbilita biex tappoġġa ristrutturar u/jew riżoluzzjoni tas-settur finanzjarju, inklużi vetturi tal-ġestjoni tal-assi li jirriżultaw minn azzjoni ta' riżoluzzjoni fil-forma tal-applikazzjoni ta' għodda għas-separazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

▼B

Artikolu 3

Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu u diliġenza dovuta

Qabel ix-xiri ta' kwalunkwe ABS li jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà taħt l-Artikolu 2, il-BĊE għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu u diliġenza dovuta fir-rigward ta' dak l-ABS.

Artikolu 4

Kontropartijiet eliġibbli

Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontrpartijiet eliġibbli għall-ABSPP, kemm għal transazzjonijiet definittivi kif ukoll għal transazzjonijiet ta' self ta' titoli li jinvolvu ABS miżmuma f'portafolli ta' ABSPP: (a) kontropartijiet li jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema kif iddefinit fit-Taqsima 2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14; (b) kontropartijiet li jintużaw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta' investimenti tagħhom iddenominati f'euro; u (c) entitajiet li jitqiesu li huma kontropartijiet eliġibbli għal tranżazzjonijiet definittivi taħt l-ABSPP mill-Kunsill Governattiv fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju ta' kontroparti tal-Eurosistema mill-BĊE.

Artikolu 5

Limiti tax-xiri

1.  Għajr kif ipprovdut fil-paragrafu 2, mhux aktar minn 70 % tal-ammont pendenti ta' segment ta' ABS (bl-istess ISIN jew wieħed funġibbli) jista' jinxtara u jinżamm skont l-ABSPP fi kwalunkwe ħin.

2.  B'rabta ma' segment ta' ABS (bl-istess ISIN jew wieħed funġibbli) li jkun eliġibbli għal xiri taħt il-punt 8 tal-Artikolu 2, mhux aktar minn 30 % tal-ammont pendenti ta' dak is-segment jista' jinxtara u jinżamm skont l-ABSPP fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fuq il-websajt tal-BĊE.



( 1 ) Kif ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE.

( 2 ) Linja Gwida (UE) Nru 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

( 3 ) Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).

( 4 ) “Korporazzjonijiet mhux finanzjarji” għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet kif imsemmi fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

( 5 ) “Rabtiet mill-qrib” għandha l-istess tifsira mogħti lilha fit-Taqsima 6.2.3.2 tal-Aness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

( 6 ) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

( 7 ) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

Fuq