EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02014D0029(01)-20170822

Test konsolidat: Deċiżjoni tal Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta' Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 u (UE) 2016/2070 (BĊE/2014/29) (2014/477/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/477/2017-08-22

02014D0029(01) — MT — 22.08.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼M1

DEĊIŻJONI TAL BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Lulju 2014

dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 u (UE) 2016/2070 (BĊE/2014/29) (2014/477/UE)

▼B

(ĠU L 214 19.7.2014, p. 34)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2017/1493 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-3 ta' Awwissu 2017

  L 216

23

22.8.2017




▼B

▼M1

DEĊIŻJONI TAL BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Lulju 2014

dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 u (UE) 2016/2070 (BĊE/2014/29) (2014/477/UE)



Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Qafas tal-MSU, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċeduri li jikkonċernaw is-sottomissjoni lill-BĊE ta' dejta rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni fuq il-bażi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014, u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 ( 1 ).

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament Qafas tal-MSU.

▼M1

Artikolu 3

Dati ta' spedizzjoni

(1)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 u rrapportata lilhom mill-entitajiet taħt superviżjoni fid-dati ta' spedizzjoni li ġejjin:

(1) sa nofsinhar Ħin Ewropew Ċentrali (CET) ( 2 ) fl-10 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:

(a) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;

(b) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;

(c) entitajiet taħt superviżjoni li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tat-tliet istituzzjonijiet ta' kreditu l-iktar sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom u li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata;

(d) entitajiet taħt superviżjoni oħra li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rappurtar lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2015/130 tal-Awtorità Bankarja Ewropea ( 3 ) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 tal-Awtorità Bankarja Ewropea ( 4 );

(2) sa għeluq il-ħin tax-xogħol fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:

(a) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(b) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(c) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu (1);

(d) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li ma jkunux parti minn grupp taħt superviżjoni sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(4) sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-35 jum tax-xogħol wara d-dati ta' spedizzjoni rilevanti msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar:

(a) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punti (1) u (2);

(b) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1).

(2)  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 fid-dati ta' spedizzjoni li ġejjin:

(1) sa nofsinhar CET fl-għaxar jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':

(a) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;

(b) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;

(c) entitajiet taħt superviżjoni li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tat-tliet istituzzjonijiet ta' kreditu l-iktar sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom u li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata;

(d) entitajiet taħt superviżjoni oħra li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rapportar lill-ABE skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156;

(2) sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-25 jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':

(a) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(b) entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni li jirrapporta fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(c) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mas-subparagrafu (1);

(d) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1);

(3) sa għeluq il-ħin tax-xogħol tal-35 jum tax-xogħol wara l-11 ta' Novembru ta' kull sena kalendarja fir-rigward ta':

(a) gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u subkonsolidata sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1) u (2);

(b) entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni fuq bażi individwali sa fejn dik id-dejta ma tkunx ġiet sottomessa b'mod konformi mal-punt (1).

▼B

Artikolu 4

Kontrolli tal-kwalità tad-dejta

▼M1

(1)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw il-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japplikaw ir-regoli ta' validazzjoni relevanti żviluppati, miżmuma u ppubblikati mill-ABE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japplikaw ukoll il-verifiki addizzjonali tal-kwalità tad-dejta ddefiniti mill-BĊE b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

▼B

(2)  Minbarra l-konformità mar-regoli ta' validazzjoni u l-kontrolli tal-kwalità, id-dejta għandha tiġi ppreżentata skont l-istandards minimi addizzjonali li ġejjin għall-finijiet ta' preċiżjoni:

(a) l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni, jekk applikabbli, dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta ppreżentata; u

(b) l-informazzjoni għandha tkun kompluta: il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u, jekk applikabbli, għandhom jiġu solvuti mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 5

Informazzjoni kwalitattiva

(1)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed l-ispjegazzjonijiet korrispondenti f'każ li l-kwalità tad-dejta għal tabella partikolari fit-tassonomija ma tkunx iġġustifikata.

(2)  Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-BĊE r-raġunijiet għal kull reviżjoni sinifikanti ppreżentata.

Artikolu 6

Speċifikazzjoni tal-format tat-trażmissjoni

▼M1

(1)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta speċifikata f'din id-Deċiżjoni skont il-Mudell tal-Punt tad-Dejta u t-tassonomija tal-eXtensible Business Reporting Language rilevanti, żviluppata, miżmuma u ppubblikata mill-ABE.

▼B

(2)  L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jiġu identifikati fit-trażmissjoni korrispondenti bl-użu tal-(pre-) Legal Entity Identifier.

Artikolu 7

L-ewwel dati ta' referenza għar-rapportar

(1)  L-ewwel dati ta' referenza għar-rapportar deskritti fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Artikolu 8.8.1 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.

(2)  L-ewwel data ta' referenza għar-rapportar deskritt fl-Artikolu 3(2), (3) u (4) għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2014.

▼M1

Artikolu 7a

L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2017/23)

(1)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta rrapportata lilhom skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/23) ( 5 ) li tibda bl-ewwel dati ta' spedizzjoni li jseħħu wara li dik id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

(2)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta rrapportata lilhom skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 minn istituzzjonijiet inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rappurtar lill-ABE bis-saħħa tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 skont l-Artikolu 3(1)(1)(d) billi jibdew bl-ewwel dati ta' spedizzjoni li jseħħu wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 (BĊE/2017/23).

▼B

Artikolu 8

Dispożizzjoni tranżitorja

(1)  Għad-data ta' referenza għar-rapportar fl-2014, id-dati ta' spedizzjoni għar-rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deskritti fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Artikolu 8.8.2 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.

(2)  Mid-data ta' referenza għar-rapportar tal-31 ta' Diċembru 2014 sad-data ta' referenza għar-rapportar tal-31 ta' Diċembru 2015, id-dati ta' spedizzjoni għar-rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deskritti fl-Artikolu 3(3) għandhom ikunu l-ħin tal-għeluq tan-negozju tat-30 jum tax-xogħol wara l-jum meta l-entitajiet taħt superviżjoni jkunu ssottomettew dejta lill-awtorità nazzjonali kompetenti.

(3)  Qabel l-4 ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 fir-rigward ta':

(a) gruppi taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni li jkunu soġġetti għall-valutazzjoni komprensiva skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/3 ( 6 );

(b) gruppi oħrajn taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti meta jkunu inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rapportar lill-ABE b'mod konformi mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri partecipanti.



( 1 ) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 tal-14 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għal mudelli, definizzjonijiet u soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jintu#aw mill-istituzzjonijiet meta jirrapportaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lill-awtoritajiet kompetenti skont fl-Artikolu 78(2) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 2.12.2016, p. 1).

( 2 ) Is-CET iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali (Central European Summer Time).

( 3 ) Deċiżjoni ABE/DC/2015/130 tal-Awtorità Bankarja Ewropea tat-23 ta' Settembru 2015 dwar rapportar mill-awtoritajiet kompetenti lill-ABE. Jinsab fis-sit elettroniku tal-ABE fuq www.eba.europa.eu

( 4 ) Deċiżjoni EBA/DC/2016/156 tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-31 ta' Mejju 2016 dwar dejta fuq il-kriterji ta' referenza superviżorji. Jinsab fuq is-sit elettroniku tal-ABE fuq www.eba.europa.eu

( 5 ) Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/29 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapporata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (BĊE/2017/23) (ĠU L 216, 22.8.2017, p. 23).

( 6 ) Deċiżjoni BĊE/2014/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Frar 2014 li tidentifika l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma soġġetti għall-valutazzjoni komprensiva (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 107).

Fuq