EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02004D0002-20160924

Test konsolidat: Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta' Frar, 2004 li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/2)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/257/2016-09-24

2004D0002 — MT — 24.09.2016 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta' Frar, 2004

li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew

(ECB/2004/2)

(ĠU L 080 18.3.2004, p. 33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW 2009/328/KE tad-19 ta’ Marzu 2009

  L 100

10

18.4.2009

►M2

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW 2014/179/UE tat-22 ta’ Jannar 2014

  L 95

56

29.3.2014

►M3

DEĊIŻJONI (UE) 2015/716 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-12 ta' Frar 2015

  L 114

11

5.5.2015

►M4

DEĊIŻJONI (UE) 2016/1717 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-21 ta' Settembru 2016

  L 258

17

24.9.2016




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta' Frar, 2004

li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew

(ECB/2004/2)



L-Artikolu Waħdieni

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendati fit-22 ta' April, 1999, u kif reġgħu ġew emendati bid-Deċiżjoni ECB/1999/6 tas-7 ta' Ottubru, 1999, li temenda r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 ), għandhom jiġu sostitiwiti b' li ġejjin u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Marzu, 2004.

IR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW



KAPITLU PRELIMINARI

▼M2

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.1.  Dawn ir-Regoli tal-Proċedura għandhom jissupplimentaw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 1.2, it-termini f’dawn ir-Regoli tal-Proċedura għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal dik fit-Trattat u l-Istatut.

1.2.  It-termini “Stat Membru” parteċipanti, “awtorità nazzjonali kompetenti” u “awtorità nazzjonali nnominata” għandhom ikollhom l-istess tifsira kif definita fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 2 ).

▼B



KAPITLU I

IL-KUNSILL GOVERNATTIV

Artikolu 2

Id-data u l-post tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv

2.1  Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-dati tal-laqgħat tiegħu fuq proposta mill-President. Il-Kunsill Governattiv għandu, fil-prinċipju, jiltaqa' regolarment skond skeda li huwa għandu jiddeċiedi fi żmien biżżejjed qabel il-bidu ta' kull sena kalendarja.

2.2  Il-President għandu jsejjaħ laqgħa tal-Kunsill Governattiv jekk it-talba biex issir laqgħa ssir mingħand mill-inqas tliet membri tal-Kunsill Governattiv.

2.3  Il-President jista' wkoll isejjaħ laqgħat tal-Kunsill Governattiv kull meta huwa jidhirlu li jkun meħtieġ.

2.4  Il-Kunsill Governattiv għandu normalment iżomm il-laqgħat tiegħu fil-bini tal-ECB.

2.5  Laqgħat jistgħu wkoll isiru permezz ta' telekonferenza, sakemm mhux anqas minn tliet Gvernaturi joġġezzjonaw.

Artikolu 3

Attendenza fil-laqgħat tal-Kunsill Governattiv

3.1  Salv kif ipprovdut f'din id-Deċiżjoni, l-attendenza fil-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għandha tkun limitata għall-membri tiegħu, il-President tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u membru tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

3.2  Kull Gvernatur jista' normalment ikun akkumpanjat minn persuna waħda.

3.3  Jekk xi Gvernatur ma jkunx jista' jattendi, huwa jista' jaħtar, bil-miktub, xi ħadd floku mingħajr preġudizzju għall-Artiklu 4. Din il-komunikazzjoni bil-miktub għandha tintbagħat lill-President f'ħin biżżejjed qabel il-laqgħa. Din il-persuna flok il-Gvernatur tista' normalment tkun akkompanjata minn persuna waħda.

3.4  Il-President għandu jaħtar membru mill-Istaff tal-ECB bħala Segretarju. Is-Segretarju għandu jassisti l-Bord Eżekuttiv fil-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u għandu jabbozza l-minuti ta' dawn il-laqgħat.

3.5  Il-Kunsill Governattiv jista' wkoll jistieden persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu jekk jidhirlu li jkun f'loku li jagħmel dan.

▼M1

L-Artikolu 3a

Sistema ta’ rotazzjoni

1.  Il-gvernaturi għandhom jiġu allokati fi gruppi kif jidher fl-ewwel u fit-tieni subinċiżi tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut.

2.  Il-Gvernaturi għandhom jiġu ordnati f’kull grupp, skont il-konvenzjoni UE, skont lista tal-banek ċentrali tagħhom li ssegwi l-ordni alfabetiku tal-ismijiet tal-Istati Membri bil-lingwi nazzjonali. Ir-rotazzjoni tad-drittijiet tal-vot ġewwa kull grupp għandha ssegwi din l-ordni. Ir-rotazzjoni għandha tibda f’punt każwali fil-lista.

3.  Id-drittijiet tal-vot ġewwa kull grupp għandhom iduru kull xahar, u jibdew fl-ewwel jum tal-ewwel xahar tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rotazzjoni.

4.  Għall-ewwel grupp, in-numru ta’ drittijiet tal-vot li jduru f’kull perijodu ta’ xahar għandu jkun wieħed; għat-tieni u t-tielet grupp, in-numru ta’ drittijiet tal-vot li jduru f’kull perijodu ta’ xahar għandu jkun daqs id-differenza bejn in-numru tal-gvernaturi allokati lill-grupp u n-numru ta’ drittijiet tal-vot li jingħatawlu, tneħħi tnejn.

5.  Kull meta l-kompożizzjoni tal-gruppi tiġi aġġustata skont il-ħames subinċiż tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut, ir-rotazzjoni tad-drittijiet tal-vot ġewwa kull grupp għandha tkompli ssegwi l-lista msemmija fil-paragrafu 2. Mid-data meta n-numru tal-gvernaturi jilħaq 22, ir-rotazzjoni ġewwa t-tielet grupp għandha tibda f’punt każwali fil-lista. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jibdel l-ordni ta’ rotazzjoni għat-tieni u t-tielet grupp biex jevita s-sitwazzjoni li ċerti gvernaturi jkunu dejjem mingħajr dritt tal-vot fl-istess perijodi tas-sena.

6.  Il-BĊE għandu jippubblika bil-quddiem lista tal-membri tal-Kunsill Governattiv bi dritt tal-vot fil-website tal-BĊE.

7.  Is-sehem tal-Istat Membru ta’ kull bank ċentrali nazzjonali fil-karta tal-bilanċ aggregata totali tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-medja annwali tad-dejta medja ta’ kull xahar matul is-sena kalendarja l-iktar reċenti li għaliha hemm dejta disponibbli. Kull meta l-prodott domestiku gross aggregat bil-prezzijiet tas-suq jiġi aġġustat skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut jew kull meta pajjiż isir Stat Membru u l-bank ċentrali nazzjonali tiegħu jsir parti mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-karta tal-bilanċ aggregata totali tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji tal-Istati Membri li adottaw l-ewro għandha terġa’ tiġi kkalkolata abbażi tad-dejta li tirrigwarda l-iktar sena kalendarja reċenti li għaliha hemm dejta disponibbli.

▼B

Artikolu 4

Votazzjoni

4.1   ►M1  Biex il-Kunsill Governattiv jivvota, għandu jkun hemm kworum ta’ żewġ terzi tal-membri bi dritt tal-vot. ◄ Jekk il-kworum ma jitlaħaqx, il-President jista' jsejjaħ laqgħa staordinarja fejn fiha deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu mingħajr il-ħtieġa ta' kworum.

4.2  Il-Kunsill Governattiv għandu jkompli biex jivvota fuq it-talba tal-President. Il-President għandu wkoll jagħti bidu għal proċedura ta‘ votazzjoni fuq talba minn kwalunkwe membru tal-Kunsill Governattiv.

4.3  Astensjonijiet m'għandhomx iżommu lill-Kunsill Governattiv milli jaddotta deċiżjonijiet skond l-Artikolu 41.2 ta' l-Istatut.

4.4  Jekk xi membru tal-Kunsill Governattiv jinżamm milli jivvota għal perjodu fit-tul (i.e. aktar minn xahar), huwa jista' jaħtar xi ħadd floku bħala membru tal-Kunsill Governattiv.

4.5  Skond l-Artiklu 10.3 ta' l-Istatut, jekk xi Gvernatur ma jkunx jista' jivvota dwar deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikli 28, 29, 30, 32, 33 u 51 ta' l-Istatut, il-persuna li huwa jaħtar floku jista' jitfa' l-vot ippeżat tiegħu.

4.6  Il-President jista' jagħti bidu għal votazzjoni sigrieta jekk mitlub biex jagħmel hekk minn mill-anqas tliet membri tal-Kunsill Governattiv. Jekk xi membri tal-Kunsill Governattiv huma milquta personalment minn proposta għal deċiżjoni skond l-Artikli 11.1, 11.3 or 11.4 ta' l-Istatut, għandha ssir votazzjoni sigrieta. F' dawn il-każijiet il-membri tal-Kunsill Governattiv interessati m'għandhomx jipparteċipaw fil-vot.

4.7   ►M3  Għajr kif huwa pprovdut fl-Artikolu 4.8, id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll bi proċedura bil-miktub, ħlief jekk joġġezzjonaw ta' mill-inqas tliet membri tal-Kunsill Governattiv. Proċedura bil-miktub għandha teħtieġ: (i) normalment mhux anqas minn ħamest ijiem ta' xogħol biex tiġi kkunsidrata minn kull membru tal-Kunsill Governattiv; u (ii) l-approvazzjoni espressa jew taċita personali ta' kull membru tal-Kunsill Governattiv (jew is-supplent tiegħu/tagħha skont l-Artikolu 4.4); u (iii) verbal ta' deċiżjoni bħal dik fil-minuti tal-laqgħa ta' wara tal-Kunsill Governattiv. Id-Deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu bil-proċedura bil-miktub għandhom jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill Governattiv bid-dritt tal-vot meta tingħata l-approvazzjoni. ◄

▼M3

4.8  Fl-ambitu tal-Artikoli 13g sa 13i, id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll bi proċedura bil-miktub, ħlief jekk joġġezzjonaw ta' mill-inqas ħames membri tal-Kunsill Governattiv. Proċedura bil-miktub għandha teħtieġ massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol, jew fil-każ tal-Artikolu 13h, jumejn xogħol għall-konsiderazzjoni minn kull membru tal-Kunsill Governattiv.

4.9  Għal kwalunkwe proċedura bil-miktub, membru tal-Kunsill Governattiv (jew is-supplent tagħhom skont l-Artikolu 4.4) jista' jawtorizza espressament lil persuna oħra biex tiffirma l-vot tagħhom jew kumment tagħhom dwar is-sustanza kif approvat minnhom personalment.

▼B

Artikolu 5

L-organizazzjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv

5.1  Il-Kunsill Governattiv għandu jaddotta l-aġenda għal kull laqgħa. Aġenda proviżorja għandha titħejja mil-Bord Eżekuttiv u għandha tintbagħat, flimkien ma' dokumenti relatati, lill-membri tal-Kunsill Governattiv u parteċipanti awtorizzati oħra ta' mill-anqas tmint ijiem qabel il-laqgħa relevanti, ħlief f'emerġenzi, f'liema każ il-Bord Eżekuttiv għandu jaġixxi kif ikun xieraq skond iċ-ċirkostanzi. Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jneħħi jew iżid xi punti ma' l-aġenda proviżorja fuq proposta mill-President jew minn xi membru ieħor tal-Kunsill Governattiv. ►M1  Punt għandu jitneħħa mill-aġenda fuq it-talba ta’ mill-anqas tlieta mill-membri tal-Kunsill Governattiv bi dritt tal-vot jekk id-dokumenti relatati ma jkunux ġew ippreżentati lill-membri tal-Kunsill Governattiv fil-ħin. ◄

►M1

 

Il-minuti tal-proċedimenti tal-Kunsill Governattiv għandhom jiġu approvati fil-laqgħa ta’ wara (jew jekk ikun meħtieġ iktar kmieni bi proċedura bil-miktub) mill-membri tal-Kunsill Governattiv li kellhom dritt tal-vot fil-laqgħa li għaliha jirreferu l-minuti, u għandhom jiġu ffirmati mill-President.

 ◄

5.3  Il-Kunsill Governattiv jista' jitstabbilixxi regoli interni dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

▼M2

Artikolu 5a

Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-Kunsill Governattiv

5a.1.  Il-Kunsill Governattiv jadotta u jaġġorna Kodiċi ta’ Kondotta għall-gwida tal-membri tiegħu, li jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-BĊE.

5a.2.  Kull Gvernatur għandu jiżgura li l-persuni li jakkumpanjawh/a skont it-tifsira tal-Artikolu 3.2 u s-supplenti tiegħu/tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 3.3 jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ konformità mal-Kodiċi tal-Kondotta qabel kull parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill Governattiv.

▼B



KAPITLU II

IL-BORD EŻEKUTTIV

Artikolu 6

Id-data u l-post tal-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv

6.1  Id-data tal-laqgħat għandha tiġi deċiża mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mill-President.

6.2  Il-President jista' wkoll isejjaħ laqgħat tal-Bord Eżekuttiv kull meta huwa jidhirlu li jkun meħtieġ.

Artikolu 7

Votazzjoni

7.1  Biex il-Bord Eżekuttiv jivvota, skond l-Artiklu 11.5 ta' l-Istatut, għandu jkun hemm kworum ta' żewġ terzi tal-membri. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-President jista' jsejjaħ laqgħa straordinarja fejn fiha d-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu mingħajr il-ħtieġa ta' kworum.

7.2  Deċiżjonijiet jistgħu wkoll jittieħdu bi proċedura bil-miktub, sakemm mhux anqas minn żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv joġġezzjonaw.

7.3  Il-Membri tal-Bord Eżekuttiv li jintlaqtu personalment b'deċiżjoni futura skond l-Artikoli 11.1, 11.3 jew 11.4 ta' l-Istatut m'għandhomx jipparteċipaw fil-vot.

Artikolu 8

L-organizazzjoni tal-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv

Il-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar l-organizazzjoni tal-laqgħat tiegħu.



KAPITLU III

L-ORGANIZAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

▼M2

Artikolu 9

Il-kumitati tal-Eurosistema/tas-SEBĊ

9.1.  Il-Kunsill Governattiv jistabbilixxi u jxolji l-kumitati. Huma jassistu fix-xogħol tal-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċizjonijiet tal-BĊE u jirrapportaw lill-Kunsill Governattiv permezz tal-Bord Eżekuttiv.

9.2.  Fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ politika relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-kumitati li jassistu fix-xogħol tal-BĊE fir-rigward tal-kompiti konferiti fuq il-BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jirrapportaw lill-Bord Superviżorju u, fejn xieraq, lill-Kunsill Governattiv. B’konformità mal-proċeduri tiegħu stess, il-Bord Superviżorju jagħti mandat lill-Viċi-President sabiex jirrapporta dwar din l-attività lill-Kunsill Governattiv permezz tal-Bord Eżekuttiv.

9.3.  Il-kumitati huma magħmulin minn mhux aktar minn zewġ membri minn kull BĊN tal-Eurosistema u mill-BĊE, maħturin minn kull Gvernatur u mill-Bord Eżekuttiv rispettivament.

9.4.  Meta jkunu qed jassistu lill-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċizjonijiet tal-BĊE fil-kompiti mogħtija lill-BĊE permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-kumitati jinkludu membru wieħed mill-bank ċentrali u membru ieħor mill-awtorità nazzjonali kompetenti f’kull Stat Membru parteċipanti, maħtura minn kull Gvernatur wara konsultazzjoni mal-awtorità nazzjonali kompetenti rispettiva fejn l-awtorità nazzjonali kompetenti mhijiex bank ċentrali.

9.5.  Il-Kunsill Governattiv jistabbilixxi l-mandati tal-kumitati u jaħtar il-presidenti tagħhom. Bħala regola, il-president għandu jkun membru tal-persunal tal-BĊE. Kemm il-Kunsill Governattiv kif ukoll il-Bord Ezekuttiv għandhom id-dritt li jitolbu lill-kumitati għal studji dwar suġġetti speċifiċi. Il-BĊE jipprovdi assistenza segretarjali lill-kumitati.

9.6.  Kull bank ċentrali nazzjonali li mhuwiex fl-Eurosistema jista' wkoll jaħtar sa żewġ membri tal-persunal biex jieħdu sehem fil-laqgħat ta’ umitat kull meta jittratta kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam tal-kompetenza tal-Kunsill Ġenerali u kull meta l-president ta’ kumitat u l-Bord Eżekuttiv jidhrilhom li din il-parteċipazzjoni hija xierqa.

9.7.  Rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni u kwalunkwe terza persuna ħra jistgħu jiġu mistiedna wkoll biex jieħdu sehem fil-laqgħat ta’ kumitat kull meta l-president ta’ xi kumitat u l-Bord Eżekuttiv jidhrilhom li dan huwa xieraq.

▼B

Artikolu 9a

Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kumitati ad hoc responsabbli għal ħidmiet konsultattivi speċifiċi.

▼M2

Artikolu 9b

Kumitat tal-Verifika

Sabiex jissaħħu l-livelli interni u esterni tal-kontroll diġà fis-seħħ u sabiex tkompli tittejjeb il-governanza korporattiva tal-BĊE u tal-Eurosistema, il-Kunsill Governattiv jistabbilixxi kumitat tal-verifika u jistipula l-mandat u l-kompożizzjoni tiegħu.

▼B

Artikolu 10

L-Istruttura interna

10.1  Wara li jkun ikkonsulta l-Kunsill Governattiv, il-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar in-numru, l-isem u l-kompetenza rispettiva ta' kull qasam ta' xogħol tal-ECB. Din id-deċiżjoni għandha ssir pubblika.

10.2  L-oqsma kollha tax-xogħol tal-ECB għandhom jiġu mqiegħda taħt id-direzzjoni maniġerjali tal-Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar ir-responsabbiltajiet individwali tal-membri tiegħu għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-oqsma tax-xogħol tal-ECB, u għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv, il-Kunsill Ġenerali u l-Istaff tal-ECB. Kull deċiżjoni bħal din għandha tittieħed biss fil-preżenza tal-membri kollha tal-Bord Eżekuttiv, u tista' ma titteħidtx kontra l-vot tal-President.

Artikolu 11

L-Istaff tal-ECB

11.1  Kull membru ta' l-Istaff tal-ECB għandu jiġi infurmat bil-pożizzjoni tiegħu fi ħdan l-istruttura tal-ECB, il-linja ta' rappurtaġġ tiegħu u r-responsabbiltajiet professjonali tiegħu.

11.2  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 36 u 47 ta' l-Istatut, il-Bord Eżekuttiv għandu jippromulga regoli ta' organizzazzjoni (minn issa 'l quddiem imsemmija bħala “Ċirkulari Amministrattivi”) li jorbtu lill-Istaff tal-ECB.

▼M2

11.3  Il-Bord Eżekuttiv jadotta u jaġġorna Kodiċi tal-Kondotta għall-gwida tal-membri tiegħu u tal-membri tal-persunal tal-BĊE, li jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-BĊE.

▼B



KAPITLU IV

INVOLVIMENT TAL-KUNSILL ĠENERALI FIL-ĦIDMIET TAS-SISTEMA EWROPEA TAL-BANEK ĊENTRALI

Artikolu 12

Relazzjoni bejn il-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali

12.1  Il-Kunsill Ġenerali tal-ECB għandu jingħata l-opportunita' biex jippreżenta osservazzjonijiet qabel ma l-Kunsill Governattiv jaddotta:

 l-opinjonijiet skond l-Artikli 4 u 25.1 ta' l-Istatut,

 ir-rakkomandazzjonijiet fil-qasam ta' l-Istatistika, skond l-Artiklu 42 ta' l-Istatut,

 ir-rapport annwali,

 ir-regoli dwar l-istandardizzazzjoni tar-regoli tal-kontabilita' u r-rappurtaġġ ta' l-operazzjonijiet,

 il-miżuri għall-applikazzjoni ta' l-Artiklu 29 ta' l-Istatut,

 il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' l-Istaff tal-ECB,

 fil-kuntest tal-preparazzjonijiet għall-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju, opinjoni tal-ECB; sew skond l-Artikolu 123(5) tat-Trattat, sew li titratta atti legali tal-Komunita', biex tiġi adottata meta deroga hija rrevokata.

12.2  Kull meta l-Kunsill Ġenerali huwa mitlub biex jippreżenta osservazzjonijiet skond l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artiklu, huwa għandu jingħata perjodu ta' żmien raġonevoli biex jagħmel dan, li ma jistax ikun anqas minn għaxart ijiem ta' xogħol. F' każ ta' xi urġenza, li għandha tiġi ġġustifikata fit-talba, il-perjodu jista' jitnaqqas għal ħamest ijiem ta' xogħol. Il-President jista' jiddeċiedi li juża' l-proċedura ta' bil-miktub.

12.3  Il-President għandu jinforma lill-Kunsill Ġenerali, skond l-Artikli 47.4 ta' l-Istatut, bid-deċiżjonijiet addottati mill-Kunsill Governattiv.

Artikolu 13

Relazzjoni bejn il-Bord Eżekuttiv u l-Kunsill Ġenerali

13.1  Il-Kunsill Ġenerali tal-ECB għandu jingħata l-opportunita' biex jippreżenta osservazzjonijiet qabel ma l-Bord Eżekuttiv:

 jimplimenta atti legali tal-Kunsill Governattiv li skond l-Artiklu 12.1 hawn fuq, il-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali għalihom hija meħtieġa;

 jaddotta, bis-saħħa ta' setgħat iddelegati mill-Kunsill Governattiv skond l-Artikli 12.1 ta' l-Istatut, atti legali li skond l-Artiklu 12.1 ta' dawn ir-Regoli, il-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali għalihom hija meħtieġa.

13.2  Kull meta l-Kunsill Ġenerali huwa mitlub biex jippreżenta osservazzjonijiet skond l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artiklu, huwa għandu jingħata perjodu ta' żmien raġonevoli biex jagħmel dan, li ma jistax ikun anqas minn għaxart ijiem ta' xogħol. Fil-każ ta' urġenza, li għandha tiġi ġġustifikata fit-talba, il-perjodu jista' jitnaqqas għal ħamest ijiem ta' xogħol. Il-President jista' jiddeċiedi li juża l-proċedura ta' bil-miktub.

▼M2



KAPITOLU IVa

KOMPITI SUPERVIŻORJI

Artikolu 13a

Bord superviżorju

Bis-saħħa tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, Bord Superviżorju stabbilit bħala korp intern tal-BĊE iwettaq b’mod sħiħ l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti konferiti fuq il-BĊE relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (minn hawn ’il quddiem “kompiti superviżorji”). Kull kompitu tal-Bord Superviżorju huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BĊE.

Artikolu 13b

Kompożizzjoni tal-Bord Superviżorju

13b.1.  Il-Bord Superviżorju huwa kompost minn President, Viċi-President, erba’ rappreżentanti tal-BĊE u rappreżentant wieħed tal-awtorità nazzjonali kompetenti minn kull Stat Membru parteċipanti. Il-membri kollha tal-Bord Superviżorju jaġixxu fl-interess tal-Unjoni kollha.

13b.2.  Fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti mhijiex bank ċentrali, il-membru rispettiv tal-Bord Superviżorju jista’ jġib rappreżentant mill-bank ċentrali tal-Istat Membru tiegħu. Għall-finijiet ta’ votazzjoni, ir-rappreżentanti ta’ Stat Membru jitqiesu bħala membru wieħed.

13b.3.  Wara li jisma’ lill-Bord Superviżorju, il-Kunsill Governattiv jadotta l-proposta għall-ħatra tal-President u ta-Viċi-President tal-Bord Superviżorju li tiġi ppreentata lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni.

13b.4.  It-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-President tal-Bord Superviżorju, b’mod partikolari is-salarju, il-pensjoni u benefiċċji ta’ sigurtà soċjali oħrajn tiegħu jew tagħha huma s-suġġett ta’ kuntratt mal-BĊE u jiġu ddeterminati mill-Kunsill Governattiv.

13b.5.  Il-mandat tal-Viċi-President tal-Bord Superviżorju huwa ta’ ħames snin u ma jistax jiġġedded. Ma jistax jestendi lil hinn mit-tmiem tal-mandat tiegħu/tagħha bħala membru tal-Bord Eżekuttiv.

13b.6.  Il-Kunsill Governattiv jaħtar l-erba’ rappreżentanti tal-BĊE fil-Bord Superviżorju, li ma jwettaqx dmirijiet relatati direttament mal-funzjoni tal-politika monetarja, fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 13c

Votazzjoni skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013

Għall-finijiet tal-adozzjoni tal-abozzi ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u fuq il-bażi ta’ Artikolu 16 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Protokoll (Nru 36) dwar dispożizzjonijiet tranżitorji, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i) Sal-31 ta’ Ottubru 2014, id-deċiżjonijiet jitqiesu bħala adottati meta mill-inqas 50 % tal-membri tal-Bord Superviżorju li jirrappreżentaw mill-inqas 74 % tan-numru totali tal-voti pponderati u 62 % tal-popolazzjoni totali, jitfgħu vot favur.

(ii) Mill-1 ta’ Novembru 2014, id-deċiżjonijiet jitqiesu bħala adottati meta mill-inqas 55 % tal-membri tal-Bord Superviżorju li jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni totali, jitfgħu vot favur. Minoranza li timblokka għandha tinkludi mill-inqas numru minimu ta’ membri tal-Bord Superviżorju li jirrappreżentaw 35 % tal-popolazzjoni totali, flimkien ma’ membru ieħor, u fin-nuqqas ta’ dan, il-maġġoranza kkwalifikata titiqies milħuqa.

(iii) Bejn l-1 ta’ Novembru 2014 u l-31 ta’ Marzu 2017, fuq talba minn rappreżentant ta’ awtorità nazzjonali kompetenti jew fuq talba minn rappreżentant tal-BĊE fil-Bord Superviżorju, id-deċiżjonijiet jitqiesu bħala adottati meta mill-inqas 50 % tal-membri tal-Bord Superviżorju li jirrappreżentaw mill-inqas 74 % tan-numru totali tal-voti peżati u 62 % tal-popolazzjoni totali, jitfgħu vot favur.

(iv) Kull wieħed mill-erba’ rappreżentanti tal-BĊE maħtura mill-Kunsill Governattiv għandu jkollu ponderazzjoni ugwali għall-ponderazzjoni medjana ta’ dawk ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti, kif ikkalkulat fuq il-bażi tal-metodu stabbilit fl-Anness.

(v) Il-voti tal-President u tall-Viċi-President għandhom ponderazzjoni ta’ żero u jgħoddu biss għad-definizzjoni tal-maġġoranza safejn huwa kkonċernat in-numru tal-membri tal-Bord Superviżorju.

Artikolu 13d

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord Superviżorju

Il-Bord Superviżorju jadotta r-Regoli ta’ Proċedura wara li jkun ikkonsulta mal-Kunsill Governattiv. Ir-Regoli ta’ Proċedura jiżguraw it-trattament ugwali tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

Artikolu 13e

Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-Bord Superviżorju

13e.1.  Il-Bord Superviżorju jadotta u jaġġorna Kodiċi ta’ Kondotta għal gwida tal-membri tiegħu, li jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-BĊE.

13e.2.  Kull membru jiżgura li, jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti mhijiex bank ċentrali, kull waħda mill-persuni li jakkompanjaw, supplenti u r-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali tiegħu, tiffirma dikjarazzjoni ta’ konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta qabel kwalunkwe parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord Superviżorju.

Artikolu 13f

Laqgħat tal-Bord Superviżorju

Il-Bord Superviżorju normalment iżomm il-laqgħat tiegħu fil-bini tal-BĊE. Il-proċedimenti tal-laqgħat tal-Bord Superviżorju jiġu pprovduti lill-Kunsill Governattiv, għall-informazzjoni, malli jiġu adottati.

Artikolu 13g

Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013

13g.1.  Il-Bord Superviżorju jipproponi lill-Kunsill Governattiv abbozzi kompleti ta’ deċiżjonijiet għall-finijiet li jitwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 flimkien man-noti spjegattivi li jiddeskrivu l-isfond għal u r-raġunijiet prinċipali li huma bażi tal-abbozz tad- deċiżjoni. Dawn l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet jiġu trażmessi simultanjament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti kkonċernati flimkien mal-informazzjoni dwar l-iskadenza mogħtija lill-Kunsill Governattiv f’konformità mal- Artikolu 13 g.2.

13g.2.  Abbozz ta’ deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13 g.1 titqies adottata sakemm il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax għaliha fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, perjodu ta’ żmien raġonevoli għandu jiġi ddefinit mill-Bord Superviżorju u m’għandux jeċċedi t-48 siegħa. Il-Kunsill Governattiv jiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet bil-miktub. Id-deċiżjoni tiġi trażmessa lill-Bord Superviżorju u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

13g.3.  Stat Membru parteċipanti li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jinnotifika lill-BĊE b’kull nuqqas ta’ qbil irraġunat permez ta’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 13 g.1. Il-President tal-BĊE jittrażmetti n-nuqqas ta’ qbil irraġunat lill-Kunsill Governattiv u lill-Bord Superviżorju mingħajr dewmien. Il-Kunsill Governattiv iqis bis-sħiħ ir-raġunijiet misjuba f’valutazzjoni mħejjija mill-Bord Superviżorju meta jkun qed jiddeċiedi fuq il-kwistjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ qbil irraġunat. Din id-deċiżjoni, flimkien ma’ spjegazzjoni bil-miktub, tiġi trażmessa lill-Bord Superviżorju u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

13g.4.  Stat Membru parteċipanti li mhuwiex fiż-żona tal-euro jinnotifika lill-BĊE b’kull nuqqas ta’ qbil irraġunat ma’ oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi din l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 13 g.2. Il-President tal-BĊE jittrażmetti n-nuqqas ta’ qbil irraġunat lill-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju mingħajr dewmien. Il-Kunsill Governattiv jagħti l-opinjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ qbil irraġunat espress mill-Istat Membru fi żmien 30 jum, u, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu, jikkonferma jew jirtira l-oġġezzjoni tiegħu. Din id-deċiżjoni dwar il-konferma jew l-irtirar tal-oġġezzjoni tiegħu għandha tiġi trażmessa lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk il-Kunsill Governattiv jirtira l-oġġezzjoni, l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju għandu jitqies bħala adottat fid-data tal-irtirar tal-oġġezzjoni.

Artikolu 13h

Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013

13h.1.  Jekk awtorità nazzjonali kompetenti jew innominata tinnotifika lill-BĊE bl-intenzjoni tagħha li tapplika r-rekwiżiti għar-riżervi tal-kapital jew kwalunkwe miżuri oħrajn maħsubin biex jindirizzaw riskji sistematiċi jew makro-prudenzjali skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, malli s-Segretarju tal-Bord Superviżorju jirċievi n-notifika, din għandha tiġi trażmessa lill-Kunsill Governattiv u lill-Bord Superviżorju mingħajr dewmien. Fuq proposta mħejjija mill-Bord Superviżorju fuq il-bażi tal-inizjattiva u li tikkunsidra l-kontribut tal-kumitat relevanti u tal-istruttura interna relevanti, il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi dwar il-kwistjoni fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol. Fejn il-Kunsill Governattiv joġġezzjona għall-miżura nnotifikata, għandu jispjega r-raġunijiet tiegħu bil-miktub lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew innominata fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika lill-BĊE.

13h.2.  Jekk il-Kunsill Governattiv, fuq proposta mħejjija mill-Bord Superviżorju bbażata fuq l-inizjattiva u li tikkunsidra l-kontribut tal-kumitat relevanti u tal-istruttura interna relevanti, għandu l-intenzjoni li japplika rekwiżiti ogħla għar-riżervi tal-kapital jew li japplika miżuri iktar stretti maħsubin biex jindirizzaw riskji sistematiċi jew makro-prudenzjali skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, din l-intenzjoni tiġi nnotifikata lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew innominata kkonċernata mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni. Jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti jew innominata tinnotifika lill-BĊE bil-miktub bl-oġġezzjoni rraġunata fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-wasla tan-notifika, malli s-Segretarju tal-Bord Superviżorju jirċievi din in-notifika, din l-oġġezzjoni għandha tiġi trażmessa lill-Kunsill Governattiv u lill-Bord Superviżorju mingħajr dewmien. Il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi dwar il-kwistjoni fuq il-bażi ta’ proposta mħejjija mill-Bord Superviżorju bbażata fuq l-inizjattiva u filwaqt li jqis il-kontribut tal-kumitat relevanti u tal-istruttura relevanti interna.Din id-deċiżjoni għandha tiġi trażmessa lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew innominata kkonċernata.

13h.3.  Il-Kunsill Governattiv għandu d-dritt jitlob li japprova, joġġezzjona jew jemenda proposti tal-Bord Superviżorju skont it-tifsira tal-Artikolu 13 h.1 u l-Artikolu 13 h.2. Il-Kunsill Governattiv għandu wkoll id-dritt li jitlob lill-Bord Superviżorju biex jissottometti proposta skont it-tifsira tal-Artikolu 13 h.1 u l-Artikolu 13 h.2 jew biex iwettaq analiżi speċifika. Jekk il-Bord Superviżorju ma jissottometti l-ebda proposta li tindirizza dawn it-talbiet, il-Kunsill Governattiv, filwaqt li jqis il-kontribut tal-kumitat relevanti u tal-istruttura interna relevanti, jista’ jieħu deċiżjoni fin-nuqqas ta’ proposta mill-Bord Superviżorju.

Artikolu 13i

Adozzjoni ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 14(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013

Jekk awtorità nazzjonali kompetenti tinnotifika lill-BĊE bl-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bord Superviżorju jittrażmetti l-abbozz ta’ deċiżjoni, flimkien mal-evalwazzjoni tagħha, lill-Kunsill Governattiv fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. L-abbozz ta’ deċiżjoni titqies adottata sakemm il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol min-notifika lill-BĊE, li tista’ tiġi estiża darba għall-istess perjodu f’każijiet iġġustifikati.

Artikolu 13j

Qafas ġenerali msemmi fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013

Il-Kunsill Governattiv jadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-qafas ġenerali biex jiġu organizzati l–arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u fuq il-bażi ta’ proposta mill-Bord Superviżorju barra mill-ambitu tal-proċedura tan-nuqqas ta’ oġġezzjoni.

Artikolu 13k

Separazzjoni tal-politika monetarja u l-kompiti superviżorji

13k.1.  Il-BĊE iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 mingħajr preġudizzju għal, u b’mod separat mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor.

13k.2.  Il-BĊE jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura s-separazzjoni bejn il-politika monetarja u l-funzjonijiet superviżorji.

13k.3.  Is-separazzjoni tal-politika monetarja u l-funzjoni superviżorja ma teskludix il-iskambju bejn dawn iż-żewġ oqsma funzjonali tal-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tal-BĊE u tas-SEBĊ.

Artikolu 13l

Organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-kompiti superviżorji

13l.1.  Il-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-kompiti superviżorji isiru separatament mil-laqgħat regolari tal-Kunsill Governattiv u għandhom aġendi separati.

13l.2.  Fuq proposta mill-Bord Superviżorju, il-Bord Eżekuttiv ifassal aġenda provviżorja u jibgħatha, flimkien mad-dokumenti relevanti imħejjija mill-Bord Superviżorju, lill-membri tal-Kunsill Governattiv u parteċipanti awtorizzati oħra mill-inqas tmint ijiem qabel il-laqgħa relevanti. Dan ma japplikax għal emerġenzi, li fihom il-Bord Eżekuttiv jaġixxi b’mod xieraq wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi.

13l.3.  Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jikkonsulta mal-Gvernaturi tal-BĊNi li mhumiex fl-Eurosistema tal-Istati Membri parteċipanti qabel ma joġġezzjona għal abbozz ta’ deċiżjoni mħejji mill-Bord Superviżorju li huwa indirizzat lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti li mhumiex fiż-żona tal-euro. L-istess japplika fejn l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati jinformaw lill-Kunsill Governattiv bin-nuqqas ta’ qbil irraġunat tagħhom ma’ dan l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju.

13l.4.  Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv stabbiliti f’Kapitolu 1 japplikaw għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-kompiti superviżorji.

Artikolu 13m

Struttura interna dwar il-kompiti superviżorji

13m.1.  Il-kompetenza tal-Bord Eżekuttiv fir-rigward tal-istruttura interna tal-BĊE u l-persunal tal-BĊE tinkludi l-kompiti superviżorji. Il-Bord Eżekuttiv jikkonsulta lill-President u lill-Viċi-President tal-Bord Superviżorju fuq din l-istruttura interna. L-Artikoli 10 u 11 għandhom japplikaw kif meħtieġ.

13m.2.  Il-Bord Superviżorju, bi qbil mal-Bord Eżekuttiv, jista’ jistabbilixxi u jxolji substruttura ta’ natura temporanja, bħal gruppi ta’ ħidma jew task forces. Huma jassistu fil-ħidma dwar il-kompiti superviżorji u jirrapportaw lill-Bord Superviżorju.

13m.3.  Il-President tal-BĊE, wara li jikkonsulta mal-President tal-Bord Superviżorju, għandu jaħtar membru tal-persunal tal-BĊE bħala Segretarju tal-Bord Superviżorju u tal-Kumitat ta’ Tmexxija. Is-Segretarju jassisti lill-President jew, fl-assenza tiegħu/tagħha, lill-Viċi-President fil-preparamenti tal-laqgħat tal-Bord Superviżorju u għandu jkun responsabbli għall-abbozzar tal-proċedimenti ta’ dawn il-laqgħat.

13m.4.  Is-Segretarju jikkoordina mas-Segretarju tal-Kunsill Governattiv għat-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv dwar il-kompiti superviżorji u huwa responsabbli għall-abbozzar tal-proċedimenti ta’ dawn il-laqgħat.

Artikolu 13n

Rapport skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (EU) Nru 1024/2013

Fuq proposta mill-Bord Superviżorju sottomessa mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv għandu jadotta r-rapporti annwali indirizzati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-Eurogroup kif mitlub taħt l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Artikolu 13o

Rappreżentanti tal-BĊE fl-Awtorità Bankarja Ewropea

13o.1.  Fuq proposta mill-Bord Superviżorju, il-President tal-BĊE għandu jaħtar jew isejjaħ lura r-rappreżentanti tal-BĊE għall-Bord Superviżorju tal-Awtorità Bankarja Ewropea kif ipprovduta minn Artikolu 40(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE ( 3 ).

13o.2.  Il-President għandu jinnomina t-tieni rappreżentant li jakkumpanja kompetenti fil-kompiti bankarji ċentrali lill-Bord Superviżorju tal-Awtorità Bankarja Ewropea.

▼B



KAPITLU V

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI SPEĊIFIĊI

Artikolu 14

Delegazzjoni tas-setgħat

14.1  Id-delegazzjoni tas-setgħat tal-Kunsill Governattiv lill-Bord Eżekuttiv skond l-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu ta' l-Artiklu 12.1 ta' l-Istatut, għandha tiġi nnotifikata lill-partijiet interessati, jew jekk ikun xieraq ippubblikata, meta deċizjionijiet meħuda b'delegazzjoni jkollhom effetti legali fuq terzi partijiet. Il-Kunsill Governattiv għandu jiġi mgħarraf minnufih b' kwalunkwe att addottat b' delegazzjoni.

14.2  Il-Ktieb tal-Firmatarji Awtorizzati tal-ECB, stabbilit skond deċiżjonijiet addottati skond l-Artiklu 39 ta' l-Istatut, għandu jiġi mqassam lill-partijiet interessati.

Artikolu 15

Il-Proċedura dwar l-estimi

▼M2

15.1  Qabel it-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, il-Kunsill Governattiv, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv skont kwalunkwe prinċipji stabbiliti minn tal-ewwel, jadotta l-baġit tal-BĊE għas-sena finanzjarja sussegwenti. In-nefqa għall-kompiti superviżorji għandha tkun identifikabbli b’mod separat f il-baġit u għandha ssir b’konsultazzjoni mal-President u l-Viċi-President tal-Bord Superviżorju.

▼B

15.2  Il-Kunsill Governattiv għandu jwaqqaf Kumitat ta' l-Estimi u jistabbilixxi l-mandat u l-kompożizzjoni tiegħu għal assistenza f'kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-estimi tal-ECB.

Artikolu 16

Kontijiet tar-rappurtaġġ u annwali

16.1  Il-Kunsill Governattiv għandu jaddotta r-rapport annwali meħtieġ skond l-Artiklu 15.3 ta' l-Istatut.

16.2  Il-kompetenza li taddotta u tippubblika r-rapporti ta' kull trimestru skond l-Artiklu 15.1 ta' l-Istatut, ir-rendikonti finanzjarji kkonsolidati ta' kull ġimgħa skond l-Artiklu 15.2 ta' l-Istatut, il-karti tal-bilanċ ikkonsolidati skond l-Artiklu 26.3 ta' l-Istatut u rapporti oħra għandhom ikunu ddelegati lill-Bord Eżekuttiv.

16.3  Skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, il-Bord Eżekuttiv għandu jipprepara l-kontijiet annwali tal-ECB fl-ewwel xahar tas-sena finanzjarja ta' wara. Dawn għandhom jiġu ppreżentati lill-awditur barrani.

16.4  Il-Kunsill Governattiv għandu jaddotta l-kontijiet annwali tal-ECB fl-ewwel trimestru tas-sena ta' wara. Ir-rapport ta' l-awditur barrani għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill Governattiv qabel l-addozzjoni tagħhom.

Artikolu 17

L-Istrumenti legali tal-ECB

17.1  Ir-Regolamenti tal-ECB għandhom jiġu addottati mill-Kunsill Governattiv u ffirmati għalih mill-President.

▼M4

17.2  Linji ta' Giwda tal-BĊE għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv, u minn hemm 'il quddiem għandhom jiġu nnotifikati, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u ffirmati mill-President f'isem il-Kunsill Governattiv. Dawn għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. In-notifika lill-banek ċentrali nazzjonali tista' ssir b'mezzi elettroniċi, permezz ta' telefax jew b'dokumenti stampati fuq karta. Kull Linja Gwida tal-BĊE li għandha tiġi ppubblikata uffiċjalment għandha tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

▼B

17.3  Il-Kunsill Governattiv jista' jiddelega s-setgħat normattivi tiegħu lill-Bord Eżekuttiv għall-iskop biex jimplimenta r-regolamenti u l-linji ta' gwida tiegħu. Ir-regolament jew il-linja ta' gwida interessata għandha tispeċifika l-kwistjonijiet biex jiġu implimentati kif ukoll il-limiti u l-iskop tas-setgħat delegati.

▼M4

17.4  Id-deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-BĊE għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv jew mill-Bord Eżekuttiv fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom, u għandhom ikunu ffirmati mill-President. Deċiżjonijiet tal-BĊE li jimponu sanzjonijiet kontra terzi għandhom jiġu ffirmati mis-Segretarju tal-Kunsill Governattiv sabiex jiġu ċċertifikati. Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-BĊE għandhom jiddikjaraw r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Ir-Rakkomandazzjonijiet għal leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni taħt l-Artikolu 41 tal-Istatut għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv.

▼M2

17.5  Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 43, u l-ewwel subinċiż tal-Artikolu 46.1 tal-Istatut, l-Opinjonijiet tal-BĊE jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv. Madankollu, f’ċirkustanzi eċċezzjonali u sakemm tal-anqas tliet Gvernaturi jiddikjaraw ix-xewqa tagħhom li jibqgħu iżommu l-kompetenza tal-Kunsill Governattiv għall-adozzjoni ta’ opinjonijiet speċifiċi, l-Opinjonijiet tal-BĊE jistgħu jiġu adottati mill-Bord Eżekuttiv, b’konformità ma’ kummenti mogħtija mill-Kunsill Governattiv u meta jiġi kkunsidrata l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali. Il-Bord Eżekuttiv huwa kompetenti biex jiffinalizza l-Opinjonijiet tal-BĊE fuq kwistjonijiet tekniċi ħafna u biex jinkorpora bidliet jew korrezzjonijiet fattwali. L-Opinjonijiet tal-BĊE jiġu ffirmati mill-President. Sabiex l-Opinjonijiet tal-BĊE jiġu adottati fir-rigward ta’ superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-Kunsill Governattiv jista’ jikkonsulta lill-Bord Superviżorju.

▼M4

17.6  L-Istruzzjonijiet tal-BĊE għandhom jiġu adottati mill-Bord Eżekuttiv, u wara għandhom jiġu nnotifikati, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, u ffirmati f'isem il-Bord Eżekuttiv mill-President jew minn kwalunkwe żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv. In-notifika lill-banek ċentrali nazzjonali tista' ssir b'mezzi elettroniċi, permezz ta' telefax jew b'dokumenti stampati fuq karta. Kull Struzzjoni tal-BĊE li għandha tiġi ppubblikata uffiċjalment għandha tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

▼B

17.7  L-Istrumenti legali kollha tal-ECB għandhom jiġu nnumerati b'mod sekwenzjali għal identifikazzjoni aktar faċli. Il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu passi biex jiżgura l-kustodja żgura tal-verżjonijiet oriġinali, in-notifika ta' min jirċievi jew ta' l-awtoritajiet konsultattivi, u l-pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-każi tar-Regolamenti tal-ECB, l-Opinjonijiet tal-ECB dwar l-abbozzi tal-leġiżlazzjoni tal-Komunita' u dawk l-Istrumenti legali tal-ECB li l-pubblikazzjoni tagħhom tkun ġiet espressament deċiża.

▼M2

17.8  Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea ( 4 ) japplika għall-atti legali speċifikati fl-Artikolu 34 tal-Istatut.

▼M2

Artikolu 17a

Strumenti legali tal-BĊE relatati mal-kompiti superviżorji

17a.1.  Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fir-regolamenti adottati mill-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u f’dan l-Artikolu, l-Artikolu 17 japplika għall-istrumenti legali tal-BĊE relatati mal-kompiti superviżorji.

▼M4

17a.2.  Il-linji gwidi tal-BĊE relatati ma' kompiti superviżorji skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 6(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv, u wara għandhom jiġu nnotifikati u ffirmati mill-President f'isem il-Kunsill Governattiv. In-notifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tista' ssir b'mezzi elettroniċi, permezz ta' telefax jew b'dokumenti stampati.

17a.3.  L-istruzzjonijiet tal-BĊE relatati ma' kompiti superviżorji skont l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 6(5)(a) u l-Artikoli 7(1), 7(4), 9(1) u 30(5) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv, u wara għandhom jiġu nnotifikati u ffirmati mill-President f'isem il-Kunsill Governattiv. Dawn għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. In-notifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu tista' ssir b'mezzi elettroniċi, permezz ta' telefax jew b'dokumenti stampati.

17a.4.  Deċiżjonijiet tal-BĊE fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni u entitajiet li applikaw għal awtorizzazzjoni biex joperaw bħala istituzzjoni ta' kreditu għandhom jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv u għandhom jiġu ffirmati mis-Segretarju tal-Kunsill Governattiv sabiex jiġu ċċertifikati. Wara għandhom jiġu nnotifikati lill-persuni li lilhom huma indirizzati.

▼M2

Artikolu 18

Il-Proċedura skont l-Artikolu 128(2) tat-Trattat

L-approvazzjoni stipulata fl-Artikolu 128(2) tat-Trattat għandha tiġi adottata għas-sena ta’ wara, mill-Kunsill Governattiv f’deċiżjoni waħda għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro fl-aħħar trimestru ta’ kull sena.

▼B

Artikolu 19

L-akkwist

19.1  L-akkwist ta' oġġetti u servizzi għall-ECB għandu jsir b'kunsiderazzjoni għall-prinċipji tal- pubbliċita', it-trasparenza, l-aċċess ugwali, it-trattament indaqs u l-amministrazzjoni effiċjenti.

19.2  Bl-eċċezzjoni tal-prinċipju ta' l-amministrazzjoni effiċjenti, derogi jistgħu jsiru mill-prinċipji ta' hawn fuq f'każijiet ta' urġenza; għal raġunijiet ta' sigurta' jew kunfidenzjalita'; meta jkun hemm l-uniku fornitur; għal provvisti mill-banek ċentrali nazzjonali lill-ECB; biex tiġi żgurata l-kontinwita' ta' xi fornitur.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 21

Il-kundizzjonijiet ta' l-Impjieg

21.1  Il-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg u r-Regoli għall-Istaff għandhom jiddeterminaw ir-relazzjoni ta' l-impjieg bejn il-ECB u l-Istaff tiegħu.

21.2  Il-Kunsill Governattiv, fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv u wara konsultazzjoni tal-Kunsill Ġenerali, għandu jaddotta l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg.

21.3  Il-Bord Eżekuttiv għandu jaddotta r-Regoli għall-Istaff, li għandhom jimplimentaw il-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg.

21.4  Il-Kumitat ta' l-Istaff għandu jiġi kkonsultat qabel l-addozzjoni ta' Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg jew Regoli għall-Istaff ġodda. L-opinjoni tiegħu għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill Governattiv jew il-Bord Eżekuttiv rispettivament.

Artikolu 22

Komunikazzjonijiet u tħabbir

Il-komunikazzjonijiet ġenerali u t-tħabbir ta' deċiżjonijiet meħuda mill-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-ECB jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-website tal-ECB, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, jew permezz ta' servizzi bil-wajer komuni għal swieq finanzjarji jew kwalunkwe mezz ta' xandir ieħor.

Artikolu 23

Kunfidenzjalita' ta', u aċċess għal, dokumenti tal-ECB

▼M2

23.1  Il-proċedimenti tal-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċizjonijiet tal-BĊE, jew kwalunkwe kumitat jew grupp imwaqqaf minnhom, tal-Bord Superviżorju, il-Kumitat ta’ Tmexxija tiegħu u ta’ kwalunkwe mis-substrutturi tiegħu ta’ natura temporanja huma kunfidenzjali sakemm il-Kunsill Governattiv ma jawtorizzax lill-President biex jippubblika l-eżitu tad-diskussjonijiet tagħhom. Il-President jikkonsulta mal-President tal-Bord Superviżorju qabel ma’ jieħu deċiżjoni bħal din fir-rigward tal-proċedimenti tal-Bord Superviżorju, tal-Kumitat ta’ Tmexxija tiegħu u kwalunkwe mis-substrutturi ta’ natura temporanja.

▼B

23.2  L-aċċess pubbliku għal dokumenti mħejjija jew miżmuma mill-ECB għandhom ikunu rregolati b'deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv.

23.3   ►M2  Id-dokumenti mfasslin jew miżmumin mill-BĊE għandhom jiġu kklassifikati u mmaniġġati skont ir-regoli ta’ organizzazzjoni dwar is-segretezza professjonali u l-immaniġġjar u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. ◄ Huma għandhom ikunu aċċessibbli liberament wara perjodu ta' 30 sena sakemm il-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet jiddeċiedu mod ieħor.

▼M2

Artikolu 23a

Il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali fir-rigward tal-kompiti superviżorji

23a.1.  Il-membri tal-Bord Superviżorju, tal-Kumitat ta’ Tmexxija u ta’ kwalunkwe mis-substrutturi stabbiliti mill-Bord Superviżorju għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 37 tal-Istatut anke wara li jkunu waqfu minn dmirijiethom.

23a.2.  L-osservaturi ma għandhomx ikollhom aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali relatat ma’ istituzzjonijiet individwali.

23a.3.  Id-dokumenti mfasslin mill-Bord Superviżorju, mill-Kumitat ta’ Tmexxija u kwalunkwe mis-substrutturi ta’ natura temporanja stabbiliti mill-Bord Superviżorju għandhom ikunu dokumenti tal-BĊE u huma għalhekk ikklassifikati u mmaniġġjati skont l-Artikolu 23.3.

▼B



KAPITLU VI

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 24

L-emendi għal dawn ir-Regoli tal-Proċedura

IL-Kunsill Governattiv jista' jemenda dawn ir-Regoli tal-Proċedura. Il-Kunsill Ġenerali jista' jipproponi emendi u l-Bord Eżekuttiv jista' jaddotta regoli supplimentari fil-qasam tal-kompetenza tiegħu.

▼M2




ANNESS

(kif imsemmi fl-Artikolu 13c(iv))

1. Għall-finijiet tal-votazzjoni skont l-Artikolu 13c, l-erba’ rappreżentanti tal-BĊE, għandhom, kif iddefinit fil-paragrafi li jmiss, jiġu assenjati l-voti pponderati medjani tal-Istati Membri parteċipanti skont il-kriterju ta’ voti pponderati, il-popolazzjoni medjana tal-Istati Membri parteċipanti taħt il-kriterju ta’ popolazzjoni u, bis-saħħa tal-isħubija tagħhom fil-bord Superviżorju, vot skont il-kriterju tan-numru tal-membri.

2. Meta ssir klassifika, f’ordni axxendenti, tal-voti pponderati assenjati lill-Istati Membri parteċipanti mill-Artikolu 3 tal-Protokol (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-membri li jirrappreżentaw l-Istati Membri parteċipanti, il-vot ipponderat medjan huwa ddefinit bħala l-vot ipponderat mezzan jekk hemm numru fard ta’ Stati Membri parteċipanti, u bħala l-medja taż-żewġ numri mezzani, miżjuda sal-eqreb numru sħiħ, jekk in-numru huwa bis-sewwa. Il-voti ipponderati medjan immultiplikat għal erba’ darbiet għandu jiżdied man-numru totali tal-voti pponderati tal-Istati Membri parteċipanti. In-numru tal-voti pponderati li jirriżulta għandu jikkostitwixxi n-“numru totali tal-voti pponderati”.

3. Il-popolazzjoni medjana hija ddefinita skont l-istess prinċipju. Għal dan il-għan, wieħed jirrikorri għall-figuri ppubblikati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Anness III, l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu ( 5 ). Il-popolazzjoni medjana tal-Istati Membri parteċipanti mmoltiplikata għal erba’ darbiet għandha tiżdied mal-popolazzjoni kkombinata fl-Istati Membri parteċipanti kollha. In-numru tal-popolazzjoni li jirriżulta għandu jikkostitwixxi “il-popolazzjoni totali”.



( 1 ) ĠU L 314, tat-8.12.1999 p. 32.

( 2 ) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

( 3 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

( 4 ) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 01 p. 3.).

( 5 ) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35.

Fuq