EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32017D0029
Decision (EU) 2017/2080 of the European Central Bank of 22 September 2017 amending Decision ECB/2010/9 on access to and use of certain TARGET2 data (ECB/2017/29)
Deċiżjoni (UE) 2017/2080 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/9 dwar l-aċċess għal u l-użu ta' ċerta dejta TARGET2 (BĊE/2017/29)
Deċiżjoni (UE) 2017/2080 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/9 dwar l-aċċess għal u l-użu ta' ċerta dejta TARGET2 (BĊE/2017/29)
ĠU L 295, 14.11.2017, p. 86–88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D0549
14.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/86 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/2080 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta' Settembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/9 dwar l-aċċess għal u l-użu ta' ċerta dejta TARGET2 (BĊE/2017/29)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artiklu 3.1, u l-Artiklu 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (1) tistabbilixxi sistema trans-Ewropea ta' trasferiment awtomatizzat ta' ħlas gross f'ħin reali (Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system — TARGET2). |
(2) |
TARGET2 tiffunzjona abbażi ta' pjattaforma teknika waħda msejħa l-Pjattaforma Komuni Unika (SSP), imħaddma mid-Deutsche Bundesbank, mill-Banque de France u mill-Banca d'Italia. Hija legalment strutturata bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas gross f'ħin reali, li kull waħda minnhom hija komponent tat-TARGET2 imħaddma minn bank ċentrali tal-Eurosistema (BĊ). Il-Linja ta' Gwida BĊE/2012/27 tarmonizza r-regoli għall-komponenti tat-TARGET2 sa fejn hu l-aktar possibbli. |
(3) |
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/9 (2). |
(4) |
Dejta ta' TARGET2 fil-livell tat-tranżazzjonijiet hija meħtieġa sabiex isiru analiżijiet relatati mas-sorveljanza makroprudenzjali, l-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja, l-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Id-dejta hija meħtieġa wkoll għall-kondiviżjoni tar-riżultati aggregati ta' dawn l-analiżijiet. Għaldaqstant jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni BĊE/2010/9 jiġi estiż sabiex jippermetti aċċess għad-dejta għal dawn l-iskopijiet. |
(5) |
Il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB) huwa responsabbli għal attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-infrastrutturi tas-suq tal-Eurosistema. L-MIB huwa inkarigat ukoll minn inizjattivi u proġetti ġodda relatati mal-infrastruttura tas-suq, inkluża l-ġestjoni operazzjonali u funzjonali kemm ta' TARGET2 kif ukoll ta' TARGET2-Securities, skont il-mandat mogħti mill-Kunsill Governattiv. Il-Kumitat għall-Infrastruttura u l-Ħlasijiet tas-Suq (MIPC) huwa responsabbli biex jikkoordina s-superviżjoni tas-sistemi tal-ħlas inkluż il-koordinazzjoni tas-superviżjoni tat-TARGET2. Fir-rigward tat-TARGET2-Securities (T2S) u TARGET2, l-MIPC jikkontribwixxi wkoll għal kompiti assenjati għal-Livell 1 tal-governanza f'konformità mal-Linja ta' Gwida BĊE/2012/27. L-MIB u l-MIPC jassumu l-kompiti mogħtija lill-Kumitat tas-Sistemi ta' Ħlas u ta' Saldu taħt id-Deċiżjoni BĊE/2010/9, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/9 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 1 1. Il-BĊi għandhom jaċċessaw dejta fil-livell tat-transazzjoni misluta minn TARGET2 mingħand il-parteċipanti kollha tal-komponenti kollha ta' TARGET2 għall-finijiet li tiżgura l-funzjonament effiċjenti ta' TARGET2 u s-sorveljanza tagħha. Il-BĊi jistgħu jaċċessaw ukoll id-dejta sabiex iwettqu l-analiżijiet meħtieġa għas-superviżjoni makroprudenzjali, l-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja, l-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, skont il-prinċipju ta' separazzjoni. 2. L-aċċess għad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u l-użu tagħha għal analiżijiet kwantitattivi u simulazzjonijiet numeriċi għandhom ikunu limitati għal li ġej:
3. Il-BĊi jistgħu jaħtru lill-membri tal-istaff u lis-sostituti tagħhom. Il-ħatra ta' membri tal-persunal, inklużi l-kapijiet tar-riċerka, li jitħallew jaċċess dejta ta' TARGET2 skont il-paragrafu 2, għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB). Il-ħatra ta' membri tal-persunal mis-superviżjoni, li huma permessi li jkollhom aċċess għad-dejta tat-TARGET2 skont il-paragrafu 2, għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Kumitat tal-Infrastruttura tas-Suq u Ħlasijiet (MIPC). L-istess proċeduri għandhom japplikaw għas-sostituzzjoni tagħhom. 4. L-MIB għandu jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-garanzija tal-kunfidenzjalità tad-dejta fil-livell ta' transazzjoni. Il-BĊi għandhom jiżguraw konformità ma' dawn ir-regoli mil-membri tal-persunal tagħhom skont il-paragrafi 2 u 3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe regola oħra dwar il-kondotta professjonali jew il-kunfidenzjalità mill-BĊi, fil-każ ta' non-konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti mill-MIB, il-BĊi għandhom iżommu lil kwalunkwe membru tal-persunal innominat tagħhom milli jkollu aċċess għal u użu tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1. L-MIB għandu jimmonitorja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu. 5. Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi wkoll li jagħti aċċess lil utenti oħrajn fuq il-bażi ta' regoli preċiżi u ddefiniti minn qabel. F'dawk il-każijiet, l-MIB għandu jimmonitorja l-użu tagħhom tad-dejta u, b'mod partikolari, il-konformità tagħhom mar-regoli tal-kunfidenzjalità, kemm kif stabbiliti mill-MIB u kif stabbilit fl-Artikolu 38 tal-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 (*1); (*1) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).”." |
2. |
L-Artikolu 2(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej: “1. Is-Simulatur TARGET2 għandu jiġi stabbilit għat-twettiq tal-analiżi kwantitattiva u s-simulazzjonijiet numeriċi msemmijin fl-Artikolu 1(1)”. |
3. |
L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 3 1. L-MIB għandu jistabbilixxi programmi ta' ħidma operazzjonali u ta' sorveljanza fuq medda ta' żmien medju u l-MIPC għandu jistabbilixxi programm ta' xogħol ta' sorveljanza li għandhom jitwettqu mill-membri tal-persunal innominati skont l-Artikolu 1(2) u (3), bl-użu ta' dejta fuq livell ta' transazzjoni. 2. L-MIB jista' jiddeċiedi li jippubblika informazzjoni misluta mill-użu ta' dejta f'livell ta' transazzjoni, sakemm ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-parteċipanti jew il-klijenti tal-parteċipanti. 3. L-MIB għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni mill-Kunsill Governattiv. 4. L-MIB għandu jinforma regolarment lill-Kunsill Governattiv bil-kwistjonijiet kollha marbutin mal-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.”; |
4. |
L-Artikolu 4 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 4 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(3) tal-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2012/27, l-MIB għandu jikkoordina l-iżvelar u l-pubblikazzjoni minn BĊi ta' informazzjoni dwar il-ħlas fir-rigward ta' parteċipant jew klijenti ta' parteċipant imsemmija f'dak l-Artikolu.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Settembru 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(2) Deċiżjoni BĊE/2010/9 tad-29 ta' Lulju 2010 dwar l-aċċess għal u l-użu ta' ċerta dejta TARGET2 (ĠU L 211, 12.8.2010, p. 45).