Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32017D0013

    Deċiżjoni (UE) 2017/1359 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2017/13)

    ĠU L 190, 21.7.2017, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1359/oj

    21.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 190/20


    DEĊIŻJONI (UE) 2017/1359 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-18 ta' Mejju 2017

    li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2017/13)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/16) (1), stabbilixxiet programm ta' xiri mis-settur korporattiv (CSPP). Flimkien mat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti, il-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi u l-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji, is-CSPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

    (2)

    Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija, inkluż permezz tal-APP, tinvolvi d-definizzjoni tal-għodda, tal-istrumenti u l-proċeduri li jridu jintużaw mill-Eurosistema sabiex tiġi implimentata politika bħal din b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

    (3)

    Il-Kunsill Governattiv iddeċieda fit-22 ta' Marzu 2017 li għandhom jiġu rfinati aktar ir-regoli applikabbli għal strumenti ta' dejn maħruġa minn entitajiet ta' stralċ sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu ttrattati b'mod konsistenti fil-politika monetarja tal-Eurosistema permezz tal-APP.

    (4)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emenda

    1.   Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16) is-subpunt (j) tal-punt 1 huwa mibdul b'dan li gej:

    “(j)

    mhijiex entità, kemm jekk tkun proprjetà pubblika jew privata, li: (i) ikollha bħala l-iskop ewlieni tagħha l-iżvestiment gradwali tal-assi tagħha u l-waqfien tan-negozju tagħha; jew (ii) tkun entità għall-ġestjoni jew l-iżvestiment ta' assi stabbilita biex tappoġġa ristrutturar u/jew riżoluzzjoni tas-settur finanzjarju (*1), inklużi vetturi tal-ġestjoni tal-assi li jirriżultaw minn azzjoni ta' riżoluzzjoni fil-forma tal-applikazzjoni ta' għodda għas-separazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jew leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3);

    2.   Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16), is-subpunt (k) tal-punt 1 huwa mħassar.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id- Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Lulju 2017.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28).


    Fuq