EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32016D0043

Deċiżjoni (UE) 2016/2164 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta' Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2016/43)

ĠU L 333, 8.12.2016, p. 73–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 23/12/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2164/oj

8.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/73


DEĊIŻJONI (UE) 2016/2164 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta' Novembru 2016

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2017 (BĊE/2016/43)

Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-19-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE t-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta' muniti li għandhom jinħarġu fl-2017, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud min dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa suġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħarġa, il-volumi approvati mill-BĊE m'għandhomx jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2017

Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2017, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

(EUR miljun)

 

Volum ta' muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2017

 

Muniti fiċ-ċirkolazzjoni

Muniti għall-kollezzjonisti

(mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

Volum ta' ħruġ ta' muniti

Il-Belġju

51,0

1,0

52,0

Il-Ġermanja

419,0

219,0

638,0

L-Estonja

9,7

0,3

10,0

L-Irlanda

30,7

0,8

31,5

Il-Greċja

106,3

0,6

106,9

Spanja

359,3

30,0

389,3

Franza

224,3

51,0

275,3

L-Italja

94,2

1,8

96,0

Ċipru

14,0

0,1

14,1

Il-Latvja

16,3

0,3

16,6

Il-Litwanja

30,0

0,3

30,3

Il-Lussemburgu

17,7

0,2

17,9

Malta

10,2

0,2

10,4

Il-Pajjiżi l-Baxxi

25,0

4,0

29,0

L-Awstrija

87,2

181,8

269,0

Il-Portugall

62,0

3,0

65,0

Is-Slovenja

24,0

2,0

26,0

Is-Slovakkja

15,6

1,4

17,0

Il-Finlandja

35,0

10,0

45,0

Total

1 631,5

507,8

2 139,3

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-30 ta' Novembru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.


Fuq