EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52013HB0051

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Diċembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2013/51)

ĠU C 378, 24.12.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/15


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Diċembru 2013

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg

(BĊE/2013/51)

2013/C 378/04

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Banque centrale du Luxembourg ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2013. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2014.

(3)

Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil DELOITTE AUDIT SARL bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li DELOITTE AUDIT SARL għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018.

Magħmula fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq