EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52011HB0022

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Diċembru 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2011/22)

ĠU C 367, 16.12.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Diċembru 2011

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

(BĊE/2011/22)

2011/C 367/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank se jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Id-De Nederlandsche Bank għażel lil Deloitte Accountants BV bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li Deloitte Accountants BV għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq