EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007X1229(01)

Ftehim ta' l- 14 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta' Marzu 2006 , bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro, li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja

ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 002 P. 155 - 157

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

29.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 319/7


FTEHIM

ta' l-14 ta' Diċembru 2007

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro, li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja

(2007/C 319/04)

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (IL-BĊE) U L-BANEK ĊENTRALI NAZZJONALI TA' L-ISTATI MEMBRI LI HUMA BARRA Ż-ŻONA TA' L-EURO (MINN ISSA 'L QUDDIEM “il-BĊNi BARRA Ż-ŻONA TA' L-EURO” U “L-ISTATI MEMBRI BARRA Ż-ŻONA TA' L-EURO” RISPETTIVAMENT),

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew qabel fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 1997 (minn issa 'l quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) biex iwaqqaf mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (minn issa 'l quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja beda fl-1 ta' Jannar 1999.

(2)

Skond it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro imma li qed jipparteċipaw fl-ERM II, jidderieġu l-politika tagħhom għall-istabbilta, jinkoraġġixi l-konverġenza u b'hekk jgħinhom fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro.

(3)

Ċipru, bħala Stat Membru b'deroga, ipparteċipa fl-ERM II sa mit-2 ta' Mejju 2005; filwaqt li s-Central Bank of Cyprus huwa parti mill-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja (1), emendat bil-Ftehim tal-21 ta' Diċembru 2006 (2) (minn issa 'l quddiem imsejħin flimkien bħala “l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”).

(4)

Malta, bħala Stat Membru b'deroga, ipparteċipat fl-ERM II sa mit-2 ta' Mejju 2005; filwaqt li l-Bank Ċentrali ta' Malta huwa parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II.

(5)

Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita waħda minn Ċipru fl-1 ta' Jannar, 2008 (3), id-deroga favur Ċipru msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 2003 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008; billi l-euro ser ikun il-munita ta' Ċipru mill-1 ta' Jannar 2008; billi s-Central Bank of Cyprus m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett minn dik id-data.

(6)

Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta' l-10 ta' Lulju 2007, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita waħda minn Malta fl-1 ta' Jannar, 2008 (4), id-deroga favur Malta msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 2003 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008; billi l-euro ser ikun il-munita ta' Malta mill-1 ta' Jannar 2008; billi l-Bank Ċentrali ta' Malta m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett minn dik id-data.

(7)

Hemm bżonn li jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-derogi favur Ċipru u Malta,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga ta' Stat Membru

1.1

Is-Central Bank of Cyprus m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.

1.2

Il-Bank Ċentrali ta' Malta m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.

Artikolu 2

Sostituzzjoni ta' l-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II

L-Anness II mal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

3.1

Dan il-Ftehim jemenda, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II.

3.2

Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u debitament iffirmat mill-partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata ta' l-oriġinal lil kull BĊN taż-żona ta' l-euro kif ukoll lil ta' barra ż-żona ta' l-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fl-14 ta' Diċembru 2007.

Għall-

Bank Ċentrali Ewropew

Ghall-

Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru

Għaċ-

Česká národní banka

Għad-

Danmarks Nationalbank

Għall-

Eesti Pank

Għas-

Central Bank of Cyprus

Għal-

Latvijas Banka

Għal-

Lietuvos bankas

Għall-

Magyar Nemzeti Bank

Għall-

Bank Ċentrali ta' Malta

Għan-

Narodowy Bank Polski

Għall-

Banca Națională a României

Għan-

Národná banka Slovenska

Għall-

iSveriges Riksbank

Għall-

Bank of England


(1)  ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.

(2)  ĠU C 14, 20.1.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 186, 18.7.2006, p. 29.

(4)  ĠU L 186, 18.7.2006, p. 32.


ANNESS

ANNESS II

LIMITI MASSIMI APPLIKABBLI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA' FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI

b'effett mill-1 ta' Jannar 2008

(miljuni f'EUR)

Banek Ċentrali partijiet ta' dan il-Ftehim

Limiti massimi (1)

Българска народна банка/il-Bank Nazzjonali Bulgaru

510

Česká národní banka

660

Danmarks Nationalbank

700

Eesti Pank

300

Latvijas Banka

330

Lietuvos bankas

380

Magyar Nemzeti Bank

640

Narodowy Bank Polski

1 700

Banca Naţională a României

1 000

Národná banka Slovenska

450

Sveriges Riksbank

940

Bank of England

4 390

Bank Ċentrali Ewropew

xejn


BĊNi taż-żona ta' l-euro

Limiti massimi

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

xejn

Deutsche Bundesbank

xejn

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

xejn

Bank of Greece

xejn

Banco de España

xejn

Banque de France

xejn

Banca d'Italia

xejn

Central Bank of Cyprus

xejn

Banque centrale du Luxembourg

xejn

Bank Ċentrali ta' Malta

xejn

De Nederlandsche Bank

xejn

Oesterreichische Nationalbank

xejn

Banco de Portugal

xejn

Banka Slovenije

xejn

Suomen Pankki

xejn


(1)  Għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II l-ammonti indikati huma biss indikattivi.


Fuq