Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52009HB0026
Recommendation of the European Central Bank of 14 December 2009 to the Council of the European Union on the external auditors of the Central Bank and Financial Services Authority of Ireland (ECB/2009/26)
Rakkomandazzjoni tal-bank ċentrali ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland (BĊE/2009/26)
Rakkomandazzjoni tal-bank ċentrali ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland (BĊE/2009/26)
ĠU C 308, 18.12.2009, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 308/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Diċembru 2009
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland
(BĊE/2009/26)
2009/C 308/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandha bħalissa s-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-sena finanzjarja 2009; |
(3) |
Is-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għażlet lil Deloitte & Touche bħala l- awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Deloitte & Touche jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET