Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52010HB0011

    Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta’ Awwissu 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia (BĊE/2010/11)

    ĠU C 233, 28.8.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 233/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-23 ta’ Awwissu 2010

    lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

    (BĊE/2010/11)

    2010/C 233/01

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Banca d’Italia ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2009. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2010.

    (3)

    Il-Banca d’Italia għażel lil PricewaterhouseCoopers SpA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2010 sa 2015,

    ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    Huwa rrikkmandat illi PricewaterhouseCoopers SpA għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2010 sa 2015.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Awwissu 2010.

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    Fuq