EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52011HB0007

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Ġunju 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2011/7)

ĠU C 174, 15.6.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/6


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Ġunju 2011

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank

(BĊE/2011/7)

2011/C 174/04

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont Artikolu 37(1) tal-Liġi Federali dwar l-Oesterreichische Nationalbank, ta’ kull sena l-Laqgħa Ġenerali tal-Oesterreichische Nationalbank teleġġi żewġ awdituri esterni u żewġ awdituri esterni alternattivi. L-awdituri esterni alternattivi jingħataw il-mandat biss f’każ li l-awdituri esterni ma jkunux jistgħu jwettqu l-verifika.

(3)

Il-mandat kemm tal-awdituri esterni kif ukoll tal-awdituri esterni alternattivi tal-Oesterreichische Nationalbank intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni sa mis-sena finanzjarja 2011.

(4)

L-Oesterreichische Nationalbank għażel għas-sena finanzjarja 2011 lil TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. bħala l-awdituri esterni konġunti ġodda tiegħu, kif ukoll lil KPMG Austria GmbH Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungsgesellschaft u Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH bħala l-awdituri esterni konġunti alternattivi ġodda tiegħu.

(5)

Il-mandat tal-awdituri esterni jista’ jiġġedded fuq bażi annwali, li ma jeċċedix terminu totali ta’ ħames snin u l-mandat tal-awdituri esterni alternattivi jista’ jiġġedded darba biss.

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Huwa rrakkomandat illi TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. jinħatru konġuntament bħala l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank għas-sena finanzjarja 2011.

2.

Huwa rrakkomandat illi TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. jinħatru konġuntament bħala l-awdituri esterni alternattivi tal-Oesterreichische Nationalbank għas-sena finanzjarja 2011.

3.

Il-mandat tal-awdituri esterni jista’ jiġġedded fuq bażi annwali, li ma jeċċedix terminu totali ta’ ħames snin, u li jintemm sa mhux aktar tard mis-sena finanzjarja 2015. Il-mandat tal-awdituri esterni alternattivi jista’ jiġġedded darba biss u jintemm bis-sena finanzjarja 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Ġunju 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Fuq