EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52012HB0009

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta’ Ġunju 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije (BĊE/2012/9)

ĠU C 161, 7.6.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-1 ta’ Ġunju 2012

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije

(BĊE/2012/9)

2012/C 161/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banka Slovenije ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Banka Slovenije għażel lil Deloitte revizija d.o.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2014,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Deloitte revizija d.o.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2012 sa 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Ġunju 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq