Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52009HB0012

    Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Ġunju 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije (BĊE/2009/12)

    ĠU C 132, 11.6.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 132/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tal-5 ta’ Ġunju 2009

    lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije

    (BĊE/2009/12)

    2009/C 132/01

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Ewrosistema huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Banka Slovenije ser jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2009.

    (3)

    Il-Banka Slovenije għażel lil Deloitte revizija d.o.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2009 sa 2011,

    ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    Huwa rrakkomandat li Deloitte revizija d.o.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2009 sa 2011.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, 5 ta’ Ġunju 2009.

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    Fuq