EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52008AB0019

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Mejju 2008 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadotta numru ta' strumenti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (CON/2008/19)

ĠU C 117, 14.5.2008, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 117/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta' Mejju 2008

fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadotta numru ta' strumenti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

(CON/2008/19)

(2008/C 117/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-17 ta' Marzu 2008 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadotta numru ta' strumenti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (minn issa 'l quddiem “ir-regolament propost”) (1).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni dwar ir-regolament propost hija bbażata skond l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Ir-regolament propost se jirriżulta fl-introduzzjoni ta' “proċedura regolatorja bi skrutinju” ġdida, inter alia, dwar is-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward ta' numru ta' strumenti tal-Komunità fil-qasam ta' l-istatistika. Il-BĊE m'għandu l-ebda kummenti speċifiċi dwar id-dispożizzjonijiet tar-regolament propost billi dawn huma konformi ma' l-istqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni tal-“proċedura regolatorja bi skrutinju” ġdida fil-qafas tal-komitoloġija (2).

Wara li kkunsidra r-rwol sinifikanti tal-miżuri implimentattivi fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE fil-qasam ta' l-istatistika, il-BĊE jieħu din l-opportunita' biex jenfasizza l-importanza tar-rwol konsultattiv tiegħu skond l-Artikolu 105(4) tat-Trattat, li jeżiġi biex il-BĊE jiġi kkonsultat 'dwar kull att tal-Komunità propost fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu'. Konformi mal-pożizzjoni li ttieħdet f'opinjonijiet ta' qabel tal-BĊE fir-rigward ta' miżuri implimentattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji (3), il-BĊE iqis li l-miżuri implimentattivi statistiċi proposti huma ta' karattru leġiżlattiv u jikkostitwixxu “atti proposti tal-Komunità” fit-tifsira ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat. Għalhekk, id-dispożizzjoni tat-Trattat li teżiġi biex il-BĊE jiġi kkonsultat dwar kull att tal-Komunità propost fil-qasam tal-kompetenza tiegħu tinkludi obbligu biex jiġi kkonsultat dwar dawn il-miżuri implimentattivi (4).

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-5 ta' Mejju 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2007) 741 finali u COM(2008) 71 finali. L-opinjoni tal-BĊE intalbet fir-rigward ta' l-aħħar u r-raba' parti tar-regolament propost.

(2)  Stqarrija mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (2006/512/KE) (ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1).

(3)  Ara l-paragrafu introduttorju ta' l-Opinjoni BĊE CON/2006/57 tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinament tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli ttrasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-kjarifika ta' ċerti definizzjonijiet (ĠU C 31, 13.2.2007, p. 1); ara wkoll il-paragrafu 1.2 ta' l-Opinjoni tal-BĊE CON/2007/4 tal-15 ta' Frar 2007 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar tmien proposti li jemendaw d-Direttivi 2006/49/KE, 2006/48/KE, 2005/60/KE, 2004/109/KE, 2004/39/KE, 2003/71/KE, 2003/6/KE u 2002/87/KE, fir-rigward tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1).

(4)  In-nuqqas ta' konsultazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunità kien is-suġġett ta' diversi sentenzi mill-Qorti tal-Ġustizzja. Dwar l-obbligu biex jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew, ara l-Każ 138/79 Roquette Frères v Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropew [1980] ECR 3333 u l-Każ Ċ-21/94 Parlament v Kunsill [1995] ECR I-1827, paragrafu 17. Dwar l-obbligu ta' l-Awtorità Għolja biex tikkonsulta lill-Kunsill u lill-Kumitat Konsultattiv skond it-Trattat tal-KEFA, ara l-Każ 1/54 Repubblika Franċiża v Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [1954-56] ECR 1, f'p. 15 u l-Każ 2/54 Repubblika Taljana v Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [195456] ECR 37, f'p. 52, li kien ikkonfermat bil-Każ 6/54 Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi v Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [1954-56] ECR 103, f'p. 112. Fir-rigward ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat, f'Każ Ċ-11/00 Kummissjoni v Bank Ċentrali Ewropew [2003] ECR I-7147, l-Avukat Ġenerali Jacobs enfasizza li “l-konsultazzjoni tal-BĊE dwar miżuri proposti fil-qasam tal-kompetenza tiegħu hija pass proċedurali, mitluba minn dispożizzjoni tat-Trattat, li huwa ċar li hija pass li jista' jaffettwa l-kontenut tal-miżuri adottati. Fil-fehma tiegħi, in-nuqqas ta' konformità ma' dan l-obbligu għandu jkun kapaċi jwassal għall-annullament tal-miżuri adottati”, Opinjoni ta' l-Avukat Ġenerali Jacobs mogħtija fit-3 ta' Ottubru 2002, paragrafu 131.


Fuq