Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52014AB0003
Opinion of the European Central Bank of 22 January 2014 on a proposal for a regulation on the postponement of SEPA migration date (CON/2014/3)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Jannar 2014 dwar proposta għal regolament dwar il-posponiment tad-data tal-migrazzjoni lejn is-SEPA (CON/2014/3)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 22 ta’ Jannar 2014 dwar proposta għal regolament dwar il-posponiment tad-data tal-migrazzjoni lejn is-SEPA (CON/2014/3)
ĠU C 80, 19.3.2014, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2014
dwar proposta għal regolament dwar il-posponiment tad-data tal-migrazzjoni lejn is-SEPA
(CON/2014/3)
2014/C 80/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fl-14 ta’ Jannar 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollha (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE sabiex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, b’mod partikolari b’konnessjoni mal-kompitu bażiku tal-Eurosistema taħt l-Artikolu 127(2) tat-Trattat li jippromwovi l-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagament. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta‘ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Skop u kontenut tar-regolament propost
Fid-9 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-regolament propost, li għandu jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bl-introduzzjoni ta’ perjodu tranżitorju addizzjonali ta’ sitt xhur. Taħt ir-regolament propost, “klawsola ta’ anterjorità” tippermetti li l-banek u l-fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament jipproċessaw il-ħlasijiet li mhumiex konformi mar-Regolament (UE) Nru 260/2012 sal-1 ta’ Awwissu 2014, biex jiżguraw li l-parteċipanti tas-suq li ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) Nru 260/2012 sa Frar 2014 jistgħu jkomplu jagħmlu ħlasijiet u jevitaw kull inkonvenjenza għall-konsumaturi.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1. |
Immedjatament wara l-pubblikazzjoni tar-regolament propost, l-Eurosistema rrikonoxxiet fi stqarrija (3) l-isforzi tal-migrazzjoni b’saħħithom u ta’ suċċess li twettqu mill-partijiet interessati fiż-żona tal-euro. L-istqarrija semmiet li l-iktar informazzjoni riċenti mill-kommunitajiet nazzjonali taż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro (SEPA) tissuġġerixxi li r-ritmu tal-migrazzjoni huwa għoli u mgħaġġel, li jindika li l-maġġoranza vasta tal-partijiet interessati ser ilestu l-migrazzjoni fil-ħin. |
1.2. |
Ir-regolament propost wassal għal konfużjoni fis-swieq dwar l-iskadenza għall-migrazzjoni u għalhekk hemm bżonn urġenti għal gwida ċara. Tħassib ulterjuri huwa n-nuqqas ta’ ċertezza legali fil-każ li r-regolament propost huwa adottat biss wara l-iskadenza attwali, jiġifieri l-1 ta’ Frar 2014. Dan it-tħassib se jkun parzjalment indirizzat mill-applikazzjoni retroattiva proposta tar-regolament propost, jiġifieri mill-31 ta’ Jannar 2014. Kemm jista’ jkun, għandha tiġi evitata sitwazzjoni fejn matul iż-żmien fejn tapplika l-iskadenza attwali għall-migrazzjoni sakemm jiġi adottat ir-regolament propost, is-swieq ikunu inċerti fir-rigward tal-adozzjoni tar-regolament propost. |
1.3. |
Huwa għalhekk ta’ importanza kbira li tiġi introdotta mill-ġdid iċ-ċertezza legali, titnaqqas il-konfużjoni fis-swieq u tingħatalhom gwida ċara dwar l-iskadenza. Dawn l-oġġettivi jistgħu jiġu żgurati l-aħjar permezz ta’ adozzjoni mgħaġġla tar-regolament propost mill-Kunsill u mill-Parlament, mingħajr alterazzjonijiet ulterjuri fl-elementi ewlenin tiegħu. |
2. Osservazzjonijiet speċifiċi
Bil-ħsieb tal-oġġettivi imsennija aktar 'il fuq, u sal-punt li tippermetti l-proċedura leġiżlattiva rapida, il-BĊE jipproponi bidliet li għandhom l-għan li (a) jikkjarifikaw l-iskop tar-regolament propost (l-introduzzjoni ta’ perjodu tranżitorju addizzjonali, permezz ta’ deroga) u l-ġustifikazzjoni tiegħu (huwa improbabbli li l-migrazzjoni lejn is-SEPA titlesta kollha sal-1 ta’ Frar 2014); (b) it-terminoloġija tar-regolament propost tiġi allinjata ma’ dik tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, u (ċ) jiġi żgurat li l-effett tal-perjodu tranżitorju fuq l-impożizzjoni tal-penalitajiet jiġi ċċarat.
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi tal-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2013) 937 final.
(2) Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
(3) Stqarrija għall-istampa tad-9 ta’ Jannar 2014. Disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||
Emenda 1 |
|||||
Premessa 6 |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni It-terminu “obbligi ġuridiċi” huwa wieħed vag u għandha ssir referenza għar-Regolament (UE) Nru 260/2012. |
|||||
Emenda 2 |
|||||
Premessa 7 |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni Il-frażi “il-fatt li l-migrazzjoni lejn is-SEPA ma tkunx kompletament lesta sal-1 ta’ Frar 2014” hija kontradetta mill-premessa 5 li taqra “huwa għalhekk improbabbli ħafna li l-parteċipanti kollha tas-suq se jkunu konformi mas-SEPA sal-1 ta’ Frar 2014”. Iż-żewġ premessi għandhom jiġu ssimplifikati. Barra minn dan, it-terminoloġija “perjodu tranżitorju addizzjonali” għandha tiġi applikata b'mod konsistenti. Finalment, għall-finijiet taċ-ċertezza legali, in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-penalitajiet matul u bħala riżultat tal-perjodu tranżitorju addizzjonali trid tiġi ddikjarata bħala fatt. |
|||||
Emenda 3 |
|||||
Artikolu 1(1) |
|||||
“1. Minkejja l-Artikolu 6(1) u (2), il-PSPs jistgħu jkomplu, sal-1 ta’ Awwissu 2014, jipproċessaw tranżazzjonjiet ta’ pagamenti f’euro f’formati li huma differenti minn dawk meħtieġa għat-trasferimenti ta’ kreditu SEPA u għad-debiti diretti SEPA.” |
“1. Minkejja Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), il-PSPs jistgħu jkomplu, sal-1 ta’ Awwissu 2014, jipproċessaw tranżazzjonjiet ta’ pagamenti f’euro f’formati antiki li huma differenti minn dawk meħtieġa għat-trasferimenti ta’ kreditu SEPA u għad-debiti diretti SEPA taħt dan ir-Regolament.” |
||||
Spjegazzjoni It-terminu “permezz ta’ deroga” huwa meħud mit-test attwali tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 u huwa legalment preċiż. It-terminu “trasferimenti ta’ kreditu SEPA” u “debiti diretti SEPA” mhumiex iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 260/2012. Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, l-iskop ta’ din id-deroga irid ikun ċar. |
|||||
Emenda 4 |
|||||
Artikolu 1(1), it-tieni paragrafu |
|||||
“L-Istati Membri japplikaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 6(1) u (2), stabbiliti skont l-Artikolu 11, biss mit-2 ta’ Awwissu 2014.” |
“L-Istati Membri japplikaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 6(1) u (2), stabbiliti skont l-Artikolu 11, biss mit-2 ta’ Awwissu 2014u fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta' pagamenti mibdija nhar jew wara t-2 ta' Awwissu 2014 biss.” |
||||
Spjegazzjoni Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, irid jiġi ċċarat illi l-penalitajiet għa tranżazzjonijiet ipproċessati matul il-perjodu tranżizzjonali addizzjonali huma esklużi. |
|||||
Emenda 5 |
|||||
Artikolu 1(1), it-tielet paragrafu |
|||||
“B’deroga mill-Artikoli 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, iħallu lill-PSPs biex jipprovdu lill-PSUs, b’servizzi ta’ konverżjoni għall-pagamenti nazzjonali, li jippermettu lill-PSUs li jkunu konsumaturi jkomplu jużaw BBAN minflok l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness bil-kundizzjoni li l-interoperabilità tiġi żgurata billi jiġi konvertit il-BBAN ta’ min iħallas u tal-benefiċjarju b’mod tekniku u sikur fl-identifikatur tal-kont ta’ pagament rispettiv speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. (…)” |
“B’deroga mill-Artikoli 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, iħallu lill-PSPs biex jipprovdu lill-PSUs, b’servizzi ta’ konverżjoni għall għat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti nazzjonali, li jippermettu lill-PSUs li jkunu konsumaturi jkomplu jużaw BBAN minflok l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness bil-kundizzjoni li l-interoperabilità tiġi żgurata billi jiġi konvertit il-BBAN ta’ min iħallas u tal-benefiċjarju b’mod tekniku u sikur fl-identifikatur tal-kont ta’ pagament rispettiv speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. (…)” |
||||
Spjegazzjoni Allinjament mat-terminoloġija tar-Regolament (UE) Nru 260/2012. |
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.