EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52010AB0019
Opinion of the Governing Council of the European Central Bank of 4 March 2010 on a Council recommendation on the appointment of the Vice-President of the European Central Bank (CON/2010/19)
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Marzu 2010 dwar rakkomandazzjoni dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2010/19)
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Marzu 2010 dwar rakkomandazzjoni dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2010/19)
ĠU C 58, 10.3.2010, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/3 |
OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ Marzu 2010
dwar rakkomandazzjoni dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew
(CON/2010/19)
2010/C 58/03
Introduzzjoni u bażi legali
Fil-24 ta’ Frar 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Osservazzjonijiet Ġenerali
1. |
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li se tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew u li dwarha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomada illi Vítor CONSTÂNCIO jinħatar bħala l-Viċi-President tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2010. |
2. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-fehma illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u li għandu esperjenza professjonali f’affarijiet monetarji u bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat. |
3. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Vítor CONSTÂNCIO bħala l-Viċi-President tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Marzu 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET