EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52012HB0001

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Frar 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2012/1)

ĠU C 48, 18.2.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Frar 2012

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece

(BĊE/2012/1)

2012/C 48/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Bank of Greece jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Il-Bank of Greece għażel lil KPMG Certified Auditors A.E. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat li KPMG Certified Auditors A.E. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.

Magħmula fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Frar 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq