EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52013HB0044
Recommendation of the European Central Bank of 28 November 2013 on payments statistics (ECB/2013/44)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2013/44)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2013/44)
ĠU C 5, 9.1.2014, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 5/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Novembru 2013
dwar l-istatistika tal-ħlasijiet
(BĊE/2013/44)
2014/C 5/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u t-tielet inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi li jista’ jinġabar tagħrif statistiku fil-qasam tal-ħlasijiet u tal-istatistika tas-sistemi ta’ ħlasijiet. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/43) (2) il-BĊE stabbilixxa qafas meħtieġ għall-ġbir tal-istatistika tal-ħlas sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, mill-emittenti ta’ flus elettroniċi, u mill-operaturi tas-sistema ta’ ħlas. Din id-dejta hija essenzjali għall-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-iżviluppi fis-swieq tal-ħlasijiet fi ħdan l-Istati Membri, u biex tassisti fil-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas. |
(2) |
Il-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, u li qed jipparteċipaw fil-qafas għall-ġbir tal-istatistika tal-ħlasijiet għandhom jikkooperaw flimkien, mal-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u mal-BĊE fl-applikazzjoni ta’ dan il-qafas skont ir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43), |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, it-termini “fornituri ta' servizzi ta' ħlas”, “emittenti ta' flus elettroniċi”, u “operaturi tas-sistema ta' ħlas” għandhom l-istess tifsira kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43).
II. L-għoti ta’ tagħrif statistiku
Id-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet indirizzati lill-BĊNi li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43).
III. Dispożizzjoni finali
Din ir-Rakkomandazzjoni, sa fejn huwa applikabbli, hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, li qed jipparteċipaw fil-qafas għall-ġbir tal-istatistika tal-ħlas fis-SEBĊ, stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 (BĊE/2013/43).
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Novembru 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 23-34.
(2) Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2013/43) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 18).