EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02008D0020(01)-20090702

Test konsolidat: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009 (BĊE/2008/20) (2008/990/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/990/2009-07-02

TEST Konsolidat: 32008D0020(01) — MT — 02.07.2009

2008D0020 — MT — 02.07.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2008

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009

(BĊE/2008/20)

(2008/990/KE)

(ĠU L 352, 31.12.2008, p.58)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Ġunju 2009

  L 172

35

2.7.2009




▼B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2008

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009

(BĊE/2008/20)

(2008/990/KE)



IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(2),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 1,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ’l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’).

(2)

Id-deroga favur is-Slovakkja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(3)

Il-15-il Stat Membru parteċipanti ta’ bħalissa u s-Slovakkja ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2009, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2009

Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2009 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

▼M1



(EUR miljuni)

 

Ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkulazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkulazzjoni) fl-2009

Il-Belġju

105,4

Il-Ġermanja

632,0

L-Irlanda

65,5

Il-Greċja

85,7

Spanja

390,0

Franza

252,5

L-Italja

234,3

Ċipru

22,5

Il-Lussemburgu

42,0

Malta

15,4

L-Olanda

68,5

L-Awstrija

376,0

Il-Portugall

50,0

Is-Slovenja

27,0

Is-Slovakkja

131,0

Il-Finlandja

60,0

▼B

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.



( 1 ) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.

Fuq