EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 02006D0017(01)-20101231
Decision of the European Central Bank of 10 November 2006 on the annual accounts of the European Central Bank (ECB/2006/17) (2006/888/EC)
Test konsolidat: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 10 ta’ Novembru, 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/17) (2006/888/KE)
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 10 ta’ Novembru, 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/17) (2006/888/KE)
M’għadux fis-seħħ
)
2006D9017 — MT — 31.12.2010 — 005.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW ta’ l-10 ta’ Novembru, 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/17) (2006/888/KE) (ĠU L 348, 11.12.2006, p.38) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2007 |
L 42 |
83 |
16.2.2008 |
|
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2008 |
L 36 |
22 |
5.2.2009 |
|
L 202 |
54 |
4.8.2009 |
||
Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2009 |
L 348 |
57 |
29.12.2009 |
▼
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta’ l-10 ta’ Novembru, 2006
dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2006/17)
(2006/888/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊEB/2002/11 tal-5 ta’ Diċembru, 2002, dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 ) (BĊE) teħtieġ emenda sinifikanti. Mill-1 ta’ Jannar, 2007, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) se tuża l-metodu ekonomiku kif iddefinit fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 ta’ l-10 ta’ Novembru, 2006, dwar il-qafas legali għal rappurtar tal-kontabilità fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali ( 2 ) biex jiġu rreġistrati tranżazzjonijiet tal-kambju, strumenti finanzjarji ddenominati f’valuta barranija u dovuti (accruals) relatati. Huwa mixtieq għal raġunijiet ta’ ċarezza biex isir recast tad-Deċiżjoni f’test waħdieni. |
(2) |
Id-Deċiżjonijiet BĊE/2002/11, BĊE/2005/12 u BĊE/2006/3 li huma sostitwiti b’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu rrevokati. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. It-termini ddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Linja Gwida BĊE/2006/16 għandhom ikollhom l-istess tifsira meta wżati f’din id-Deċiżjoni.
▼
2. Termini tekniċi oħra wżati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal fl-Anness II mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 2
Skop ta’ applikazzjoni
Ir-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kontijiet annwali tal-BĊE li jkopru l-karta tal-bilanċ, elementi rreġistrati fil-kotba tal-BĊE off-balance sheet, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għall-kontijiet annwali tal-BĊE.
Artikolu 3
Prinċipji tal-kontabilita fundamentali
Il-prinċipji tal-kontabilità fundamentali ddefiniti fl-Artikolu 3 ta’ din il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandhom japplikaw ukoll għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Rikonoxximent ta’ l-attiv u l-passiv
Attiv/passiv finanzjajru u xi tip ta’ attiv/passiv ieħor għandu jkun rikonoxxut biss fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE skond l-Artikolu 4 ta’ din il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 5
Metodi ekonomiċi u metodi cash/settlement
L-Artikolu 5 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU II
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KARTA TAL-BILANĊ
Artikolu 6
Kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ
Il-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ għandha tkun ibbażata skond l-istruttura stabbilita fl-Anness I.
Artikolu 7
Provvediment għar-rata tal-kambju, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb
Wara illi jikkunsidra sew in-natura tal-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi provvediment għar-rata tal-kambju, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima raġjunata ta’ kemm il-BĊE huwa espost għar-riskji.
▼
Artikolu 8
Regoli ta’ valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ
1. Rati u prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom ikunu bbażati għal skopijiet ta’ valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm speċifikat mod ieħor fl-Anness I.
2. Il-valutazzjoni mill-ġdid tad-deheb, strumenti ta’ valuta barranija, titoli minbarra dawk ikklassifikati bħala li jinżammu sal-maturita' u titoli mhux negozjabbli, kif ukoll ta’ strumenti finanzjarji, kemm on-balance-sheet u off-balance-sheet, għandha ssir fl-aħħar tas-sena skont ir-rati u l-prezzijiet ta’ nofs is-suq.
3. M’għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn id-differenzi li jiġu mir-rivalutazzjoni tal-prezz u l-valuta għad-deheb, iżda għandu jingħata kont għal differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażat fuq il-prezz f’euro għal kull unita’ definita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Ir-rivalutazzjoni għandha ssir b’mod separat għal kull valuta barranija, inklużi t-transazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ, u skont il-kodiċi, jiġifieri l-istess numru ISIN/tip għat-titoli, ħlief għal dawk it-titoli inklużi fil-partiti “Attiv finanzjarju ie]or” jew “Varji”, jew titoli miżmuma għal finijiet ta’ politika monetarja, li għandhom jiġu ttrattati bħala titoli separati.
4. Titoli kklassifikati bħala marbutin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala titoli separati, għandhom jiġu stmati bħala spejjeż amortizzati u jkunu soġġetti għall-indeboliment. L-istess trattament għandu jingħata lil titoli li mhumiex negozjabbli. Titoli kklassifikati bħala marbutin sal-maturità jistgħu jinbiegħu qabel l-iskadenza tagħhom:
(i) jekk il-kwantita’ mibjugħa hija meqjusa bħala mhux sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta’ titoli marbutin sal-maturità; jew
(ii) jekk it-titoli jinbiegħu matul ix-xahar tad-data tal-maturità; jew
(iii) f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal deterjorazzjoni sinifikanti tal-kredibilita’ ta’ min joħroġ u jbiegħ it-titoli, jew wara deċiżjoni espliċita dwar il-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.
▼
Artikolu 9
Tranżazzjonijiet b'lura
Il-kontabilità tat-tranżazzjonijiet b'lura għandha ssir skond l-Artikolu 8 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 10
Strumenti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji negozjabbli
Strumenti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji negozjabbli għandhom ikunu kkontabilati skont l-Artikolu 9 tal-Linja Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 10a
Strumenti sintetiċi
It-trattament kontabilistiku ta’ strumenti sintetiċi għandu jkun skond l-Artikolu 9a tal-Linja Gwida BĊE/2006/16.
▼
KAPITOLU III
RIKONOXXIMENT TAD-DĦUL
Artikolu 11
Rikonoxximent tad-dħul
1. L-Artikolu 11(1), (2), (3), (5) u (7) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandu japplika għar-rikonoxximent tad-dħul.
2. Holdings f’kontijiet ta’ rivalutazzjoni speċjali stemming minn kontribuzzjonijiet skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut fir-rigward tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li għalihom id-deroga tkun ġiet abrogata, għandhom jintużaw biex ipaċu telf mhux realizzat meta dawn jeċċedu qligħ ta’ qabel ta’ rivalutazzjoni rreġistrati fil-kont standard korrispondenti ta’ rivalutazzjoni kif stabbilit bl-Artikolu 11(1)(ċ) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16, qabel ma dan it-telf jiġi paċut skond l-Artikolu 33.2 ta’ l-Istatut. Il-holdings f’kontijiet speċjali ta’ rivalutazzjoni għad-deheb, għall-valuti u għat-titoli għandhom jitnaqqsu pro rata fil-każ ta’ tnaqqis fil-holdings ta’ l-attiv rilevanti.
Artikolu 12
Spejjeż ta’ tranżazzjonijiet
L-Artikolu 12 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandha tapplika għal din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU IV
REGOLI TA’ KONTABILITA GĦAL STRUMENTI OFF-BALANCE-SHEET
Artikolu 13
Regoli Ġenerali
L-Artikolu 13 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 14
Tranżazzjonijiet bil-quddiem tal-kambju
Il-kontabilità tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem tal-kambju għandha ssir skond l-Artikolu 14 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 15
Swaps tal-kambju
Il-kontabilità ta’ l-iswaps tal-kambju għandha ssir skond l-Artikolu 15 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 16
Kuntratti ta’ futures
Kuntratti ta’ futures għandhom jiġu kkontabilati skont l-Artikolu 16 tal-Linja Gwida BĊE/2006/16.
▼
Artikolu 17
Swaps tar-rata ta’ l-imgħax
Il-kontabilita ta’ l-iswaps tar-rata ta’ l-imgħax għandha ssir skond l-Artikolu 17 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16. Telf mhux realizzat imqiegħed fil-kont tal-qligħ u t-telf fi tmiem is-sena għandhom ikunu amortizzati fi snin sussegwenti skond il-metodu straight-line. ►M2 Fil-każ ta’ swaps tar-rati tal-imgħax bil-quddiem, l-amortizzazzjoni għandha tibda mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni. ◄
Artikolu 18
Ftehim tar-rata bil-quddiem
Il-kontabilita tal-ftehim tar-rata bil-quddiem għandha ssir skond l-Artikolu 18 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 19
Tranżazzjonijiet bil-quddiem ta’ titoli
Il-kontabilita tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem ta’ titoli għandha ssir skond il-Metodu A fl-Artikolu 19(1) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 20
Options
Il-kontabilita ta’ l-options għandha ssir skond l-Artikolu 20 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
KAPITOLU V
KARTA TAL-BILANĊ U KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF ANNWALI PPUBBLIKATI
Artikolu 21
Formati
1. Il-format għall-karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE ippubblikata għandu jsegwi l-format fl-Anness II.
2. Il-format tal-kont tal-qligħ u t-telf ippubblikat tal-BĊE għandu jkun konformi ma’ l-Anness III.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Żvilupp, applikazzjoni u interpretazzjoni ta’ regoli
1. Il-Kumitat tad-dħul tal-Kontabilita u dħul Monetarju (AMICO) għandu jirrapporta lill-Kunsill Governattiv, permezz tal-Bord Eżekuttiv, dwar l-iżvilupp, l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ rappurtar tal-kontabilita u finanzjarji tas-SEBĊ.
2. Fl-interpretazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jiġi kkunsidrat ukoll ix-xogħol preparatorju, il-prinċipji tal-kontabilita armonizzati bil-liġi tal-Komunita u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilita aċċettati ġeneralment.
3. Jekk xi trattament ta’ kontabilita speċifiku m’huwiex ipprovdut f'din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta’ xi deċiżjoni bil-kuntraju mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta’ valutazzjoni skond l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilita kif adottati mill-Unjoni Ewropea rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE.
Artikolu 23
Revoka
Id-Deċiżjonijiet BĊE/2002/11, BĊE/2005/12, u BĊE/2006/3 qed jiġu rrevokati. Ir-referenzi għad-Deċizjonijiet irrevokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 24
Dispożizzjoni Finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2007.
ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TA’ VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ
Note: in-numerar għandu x’jaqsam mal-format tal-karta tal-bilanċ kif stabbilit fl-Anness II.
ATTIV
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti fil-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
1. Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb |
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew “under way”. Deheb mhux fiżiku, bħal bilanċi f’sight accounts tad-deheb (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu fiss u talbiet għad-deheb li jirriżultaw mit-transazzjonijiet li ġejjin: (i) transazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis; u (ii) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purita’ fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur tas-suq |
2. Talbiet fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija |
Talbiet fil-konfront ta’ kontropartijiet residenti barra ż-żona euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija |
|
2.1. Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) |
(a) Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett) Kwota nazzjonali f’euro bil-bilanċi mnaqqsin għad-disposizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita “Passiv għal residenti barra ż-żona euro denominati f’euro” |
(a) Drittijiet ta’ kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett) Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq |
(b) Drittijiet speċjali ta’ kreditu Investimenti bi drittijiet speċjali ta’ kreditu (gross) |
(b) Drittijiet speċjali ta’ kreditu Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq |
|
(c) Talbiet oħra Faċilita’ għat-Tnaqqis tal-Faqar u t-Tkabbir |
(c) Talbiet oħra Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq |
|
2.2. Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u attiv barrani ieħor |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b’lura |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq |
(b) Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwita’ miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona euro |
(b)(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq u rata tal-kambju tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (b)(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Spiża suġġetta għall-indeboliment u għar-rata tal-kambju tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (b)(iii) Titoli mhux negozjabbli Spiża suġġetta għall-indeboliment u għar-rata tal-kambju tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (b)(iv) Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli Prezz tas-suq u rata tal-kambju tas-suq |
|
(c) Self barrani (depożiti) lil residenti barra ż-żona euro li mhuwiex dak taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” |
(c) Self barrani Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tal-kambju tas-suq |
|
(d) Attiv barrani ieħor Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona euro |
(d) Attiv barrani ieħor Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq |
|
3. Talbiet kontra residenti taż-żona euro denominati f’valuta barranija |
(a) Investimenti f’titoli fiż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta’ ekwita’ miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona euro |
(a)(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq u rata tal-kambju tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat |
(a)(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Spiża suġġetta għall-indeboliment u għar-rata tal-kambju tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat |
||
(a)(iii) Titoli mhux negozjabbli Spiża suġġetta għall-indeboliment u għar-rata tal-kambju tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat |
||
(a)(iv) Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli Prezz tas-suq u rata tal-kambju tas-suq |
||
(b) Talbiet oħra kontra residenti taż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” Self, depożiti, transazzjonijiet repo b’lura, self varju |
(b) Talbiet oħra Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tal-kambju tas-suq |
|
4. Talbiet kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f’euro |
|
|
4.1. Bilanci ma’ banek, investimenti f’titoli u self |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b’lura marbutin mal-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro |
(a) Bilanċi ma’ banek barra ż-żona euro Valur nominali |
(b) Investimenti f’titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” Strumenti ta’ ekwita’, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona euro |
(b)(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (b)(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (b)(iii) Titoli mhux negozjabbli Spiża suġġetta għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (b)(iv) Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli Prezz tas-suq |
|
(c) Self lil residenti minn barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” |
(c) Self barra ż-żona euro Depożiti skont il-valur nominali |
|
(d) Titoli maħruġin minn entitajiet minn barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor” Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali eż il-Bank Ewropew għall-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom |
(d)(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Il-primjums/skontijiet huma amortizzati (d)(ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (d)(iii) Titoli mhux negozjabbli Spiża suġġetta għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi amortizzat |
|
4.2. Talbiet li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
5. Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro |
Partiti 5.1 sa 5.5: transazzjonijiet skont l-istrumenti ta’ politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 v dwar l-istrumenti ta’ politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (1) |
|
5.1. Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament |
Transazzjonijiet irriversjati regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa |
Valur nominali jew spiża repo |
5.2. Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal |
Transazzjonijiet irriversjati regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull xahar u li normalment għandhom maturità ta’ tliet xhur |
Valur nominali jew spiża repo |
5.3. Operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura |
Transazzjonijiet irriversjati, esegwiti bħala transazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ rfinar |
Valur nominali jew spiża repo |
5.4. Operazzjonijiet strutturali b’lura |
Transazzjonijiet irriversjati li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew spiża repo |
5.5. Faċilita’ ta’ self marġinali |
Faċilita’ ta’ likwidita’ minn jum għal jum b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilita’ permanenti) |
Valur nominali jew spiża repo |
5.6. Krediti relatati ma’ ġbid marġinali |
Kreditu addizzjonali lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-attiv sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali jew spiża |
6. Talbiet ohra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona euro denominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b’lura b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv “Titoli ta’ residenti taż-żona euro denominati f’euro”, inklużi transazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona euro u talbiet oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona euro. Talbiet oħra u operazzjonijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
Valur nominali jew spiża |
7. Titoli ta’ residenti fiż-żona euro denominati f’euro |
|
|
7.1. Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja |
Titoli maħruġin fiż-żona euro u miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja. Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta’ rfinar |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Spiża suġġetta għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (iii) Titoli mhux negozjabbli Spiża suġġetta għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi amortizzat |
7.2. Titoli oħra |
Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv 7.1 “Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja” u taħt il-partita tal-attiv 11.3 “Attiv finanzjarju ieħor”; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds zero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, denominati f’euro. Strumenti ta’ ekwita’ |
(i) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (ii) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità Spiża suġġetta għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (iii) Titoli mhux negozjabbli Spiża suġġetta għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (iv) Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli Prezz tas-suq |
8. Dejn ġenerali tal-gvern denominat f’euro |
Talbiet lill-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM: (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self skont il-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-prezz tagħhom |
9. Talbiet ġewwa l-Eurosistema |
|
|
9.1. Talbiet relatati ma’ kambjali li jsostnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Kambjali maħruġin mill-BĊNi, minħabba ftehim back-to-back marbut maċ-ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Valur nominali |
9.2. Talbiet marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema |
Krediti marbutin mal-ħruġ ta’ karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus euro (2) |
Valur nominali |
9.3. Talbiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti) |
Pożizzjoni netta tas-sub-partiti li ġejjin: (a) talbiet netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tat-talbiet u l-passiv – ara wkoll il-partita tal-passiv “Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)” |
(a) Valur nominali |
(b) talbiet oħra interni għall-Eurosistema denominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE mill-ħruġ ta’ karti tal-flus euro lilll-BĊNi* |
(b) Valur nominali |
|
10. Partiti waqt il-ħlas |
Bilanċi fil-kont għall-pagamenti (talbiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
11. Attiv ieħor |
|
|
11.1. Muniti taż-żona euro |
Muniti euro |
Valur nominali |
11.2. Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Valur wara d-deprezzament Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont ta’ deprezzament ta’ attiv fuq il-perijodu ta’ utilita’ tiegħu. Il-perijodu ta’ utilita’ huwa l-perijodu li matulu attiv fiss huwa mistenni li jkun jista’ jintuża mill-entita’. Il-perijodi ta’ utilita’ ta’ assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi huma differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b’perijodi ta’ utilita’ differenti. Il-perijodi ta’ utilita’ ta’ dawn il-komponenti għandhom jiġu evalwati individwalment. L-ispiża tal-assi mhux tanġibbli tinkludi l-prezz għall-akkwist tal-attiv mhux tanġibbli. Spejjeż oħra diretti jew indiretti għandhom jiddaħħlu Kapitalizzazzjoni tal-ispiża: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni) |
11.3. Attiv finanzjarju ieħor |
— Interessi parteċipanti u investimenti f’sussidjarji; ekwitajiet miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta’ politika — Titoli inklużi l-ekwitajiet, u strumenti u bilanċi finanzjarji oħra inklużi d-depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat — Transazzjonjiet repo b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu marbutin mal-ġestjoni tal-portafolli ta’ titoli taħt din il-partita |
(a) Strumenti ta’ ekwita’ negozjabbli. Prezz tas-suq (b) Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji illikwidi, u kull strument ta’ ekwita’ ieħor miżmum bħala investiment permanenti Spiża suġġetta għall-indeboliment (c) Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti Valur tal-attiv nett (d) Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità Prezz tas-suq Il-primjums/skontijiet huma amortizzati (e) Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti Spiża suġġetta għall-indeboliment Kull primjum jew skont jiġi amortizzat (f) Titoli mhux negozjabbli Spiża suġġetta għall-indeboliment (g) Bilanċi mal-banek u self Valur nominali, maqlub bir-rata tal-kambju tas-suq jekk il-bilanċi/id-depożiti huma denominati f’valuti barranin |
11.4. Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti mhux inklużi fil-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, swaps ta’ valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, transazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, transazzjonijiet immedjati tal-kambju barrani mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Pożizzjoni netta bejn forward u immedjat, skont ir-rata ta’ kambju tas-suq |
11.5. Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu) |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
11.6. Varji |
(a) Advances, self u partiti minuri oħra. Self mogħti fuq bażi ta’ fiduċja |
(a) Valur nominali jew spiża |
(b) Investimenti relatati ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent |
(b) Valur tas-suq |
|
(c) Attiv nett tal-pensjoni |
(c) Skont l-Artikolu 22(3) |
|
(d) Talbiet pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema |
(d) Valur nominali/li jista’ jiġi rkuprat (qabel/wara l-ħlas tat-telf) |
|
(e) Attiv jew talbiet (fil-konfront ta’ terzi) negozjati jew miksuba fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti |
(e) Spiża (kkonvertita bir-rata tal-kambju tas-suq fil-ħin tal-akkwist jekk l-attiv finanzjarju huwa denominat f’valuti barranin) |
|
12. Telf għas-sena |
|
Valur nominali |
(1) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1. (2) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52. |
PASSIV
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti fil-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
1. Karti tal-flus fic-cirkolazzjoni |
Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 |
Valur nominali |
2. Passiv fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro marbut ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro |
Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 |
|
2.1. Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżerva minima) |
Kontijiet denominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
(2)(2) Faċilità ta’ depożitu |
Depożiti ta’ matul il-lejl b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilita’ permanenti) |
Valur nominali |
2.3. Depożiti għal terminu fiss |
Ġabra għal finijiet ta’ assorbiment tal-likwidita’ minħabba operazzjonijiet ta’ rfinar |
Valur nominali |
2.4. Operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura |
Transazzjonijiet relatati mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidita’ |
Valur nominali jew spiża repo |
2.5. Depożiti relatati ma’ ġbid marġinali |
Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ attiv sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali |
3. Passiv ieħor fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona euro denominat f’euro |
Transazzjonijiet repo konnessi ma’ transazzjonijiet repo b’lura simultaneji għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv “Titoli ta’ residenti fiż-żona euro denominati f’euro”. Operazzjonijiet oħra mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali jew spiża repo |
4. Ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss Ċertifikati ta’ dejn kif deskritti fl-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2000/7. Karta ta’ skont, maħruġa għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidita’ |
Valur nominali |
5. Passiv fil-konfront ta’ residenti ohra taz-zona euro denominati f’euro |
|
|
5.1. Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
5.2. Passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti tal-istaff, ta’ kumpaniji u ta’ klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi – ara l-partita tal-passiv 2.1, eċċ; depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
6. Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riżervi: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewrope; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Transazzjonijiet repo marbutin mat-transazzjonijiet repo simultaneji b’lura għall-ġestjoni ta’titoli denominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li m’addottawx l-euro |
Valur nominali jew spiża repo |
7. Passiv fil-konfront ta’ residenti taż-żona euro denominati f’valuta barranija |
Kontijiet kurrenti Passiv taħt transazzjonijiet repo; normalment transazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq tal-aħħar tas-sena |
8. Passiv fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona euro denominati f’valuta barranija |
|
|
8.1. Depoziti, bilanċi u passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti. Passiv taħt transazzjonijiet repo; normalment transazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ attiv f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq tal-aħħar tas-sena |
8.2. Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq tal-aħħar tas-sena |
9. Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ kreditu allokati mill-IMF |
Partita denominata bħala SDR li turi l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettivament |
Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq tal-aħħar tas-sena |
10. Passiv ġewwa l-Eurosistema |
|
|
10.1. Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin |
Partita fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominata f’euro |
Valur nominali |
10.2. Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett) |
Pożizzjoni netta tas-sub-partiti li ġejjin: (a) passiv nett li jirriżulta minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi jiġifieri ċ-ċifra netta tat-talbiet u l-passiv – ara wkoll il-partita tal-attiv “Talbiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)” |
(a) Valur nominali |
(b) passiv ieħor intern għall-Eurosistema denominat f’euro li jista’ jirriżulta, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus euro lill-BĊNi |
(b) Valur nominali |
|
11. Partiti waqt il-ħlas |
Bilanċi fil-kont għall-pagamenti (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro |
Valur nominali |
12. Passiv ieħor |
|
|
12.1. Differenzi li jirriżultaw mir-rivalutazzjoni ta’ strumenti mhux inklużi fil-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, swaps ta’ valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, transazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, transazzjonijiet immedjati tal-kambju barrani mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u immedjat, skont ir-rata tal-kambju tas-suq |
12.2. Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem |
Spiża dovuta f’perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta’ rappurtaġġ. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma’ perijodu futur |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
12.3. Varji |
(a) Kontijiet provviżorji għat-taxxa. Kreditu f’valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Transazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mat-transazzjonijiet repo simultaneji b’lura għall-ġestjoni ta’ portafolli ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv “Attiv finanzjarju ieħor”. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Partiti minuri oħra. Passiv ibbażat fuq il-fiduċja |
(a) Valur nominali jew spiża (repo) |
(b) Depożiti tad-deheb tal-klijent. |
(b) Valur fis-suq |
|
(c) Passiv nett tal-pensjoni |
(c) Skont l-Artikolu 22(3) |
|
13. Provvedimenti |
(a) Għar-rata tal-kambju, rata tal-imgħax, riskji fil-kreditu u fil-prezz tad-deheb, u għal finijiet oħra eż spejjeż mistennija fil-ġejjieni u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 49.2 tal-Istatut għal dak li jirrigwarda banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew imħassra. |
(a) Spiża/valur nominali |
(b) Għal riskji mill-kontropartijiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja |
(b) Valur nominali |
|
14. Kontijiet ta’ rivalutazzjoni |
(a) Kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli denominati f’euro, għal kul tip ta’ titoli denominati f’valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma’ derivattivi tar-rata tal-imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ caqliq fir-rata tal-kambju għal pożizzjoni netta ta’ valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta’ valuta barranija u SDRs (b) Kontijiet speċjali ta’ rivalutazzjoni li joriġinaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 49.2 tal-Istatut fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew imħassra – ara l-Artikolu 11(2) |
Differenza fir-rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq |
15. Kapital u riżervi |
|
|
15.1. Kapital |
Kapital imħallas |
Valur nominali |
15.2. Riżervi |
Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 49.2 tal-Istatut fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew imħassra |
Valur nominali |
16. Qligħ għas-sena |
|
Valur nominali |
▼
ANNESS II
Karta tal-bilanċ al-BĊE
Karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE
(EUR miljuni (1)) |
|||||
Attiv (2) |
Sena ta’ rappurtar |
Sena ta’ qabel |
Passiv |
Sena ta’ rappurtar |
Sena ta’ qabel |
1 Deheb u ammonti riċevibbli ta’ deheb 2 Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija 2.1 Ammonti riċevibbli mill-IMF 2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ titoli, self estern u attiv estern ieħor 3 Klejms fuq residenti taż-żona euro iddenominati f’valuta barranija 4 Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-euro ddenominati fl-euro 4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ titoli u self 4.2 Klejms li jqumu mill-faċilita' ta' kreditu taħt l-ERM II 5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominat fl-euro 5.1 Operazzjonijiet ta’ iffinanzjar mill-ġdid prinċipali 5.2 Operazzjonijiet ta’ iffinanzjar mill-ġdid fuq żmien twil 5.3 Operazzjonijiet b’lura ta’ rfinar 5.4 Operazzjonijiet b’lura strutturali 5.5 Faċilita' ta’ self marġinali 5.6 Krediti relatati ma’ margin calls 6 Klejms oħra fuq istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro ddenominati fl-euro 7 Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro ddenominati fl-euro 7.1 Titoli miżmuma għal finijiet ta’ politika monetarja 7.2 Titoli oħra 8 Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat fl-euro 9 Klejms ġewwa l-Eurosistema 9.1 Klejms relatati ma’ promissory notes li jirrinfurzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE 9.2 Klejms relatati ma’ l-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema 9.3 Klejms oħra fl-Eurosistema (netti) 10 Partiti matul il-ħlas (settlement) 11 Attiv ieħor 11.1 Muniti taż-żona ta’ l-euro 11.2 Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli 11.3 Attiv finanzjarju ieħor 11.4 Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off-balance sheet 11.5 Akkrexximenti u spejjeż imħallsa minn qabel 11.6 Oħrajn 12 Telf għas-sena |
|
|
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 2 Passiv lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominat fl-euro 2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 2.2 Faċilita' ta’ depożitu 2.3 Depożiti fissi 2.4 Operazzjonijiet b’lura ta’ rfinar 2.5 Depożiti relatati ma’ margin calls 3 Passiv ieħor lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro ddenominat fl-euro 4 Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE maħruġa 5 Passiv lil residenti oħra taż-żona tal-euro ddenominat fl-euro 5.1 Gvern ġenerali 5.2 Passiv ieħor 6 Passiv lil residenti barra ż-żona tal-euro ddenominat fl-euro 7 Passiv lil residenti taż-żona tal-euro ddenominat f’valuta barranija 8 Passiv lil residenti barra ż-żona tal-euro ddenominat f’valuta barranija 8.1 Depożiti, bilanċi u passiv ieħor 8.2 Passiv li jqum mill-faċilita' ta' kreditu taħt l-ERM II 9 Kontroparti ta’ special drawing rights allokati mill-IMF 10 Passiv ġewwa l-Eurosistema 10.1 Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin 10.2 Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett) 11 Partiti matul il-ħlas (settlement) 12 Passiv ieħor 12.1 Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off-balance sheet 12.2 Akkrexximenti u dħul miġbur minn qabel 12.3 Oħrajn 13 Provvedimenti 14 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 15 Kapital u riżervi 15.1 Kapital 15.2 Riżervi 16 Profitt għas-sena |
|
|
Total tal-attiv |
Total tal-passiv’ |
|
|
||
(1) Il-BĊE jista’ minflok jippubblika ammonti eżatti fl-euro, jew ammonti mqarrbin (rounded) b’mod differenti. (2) It-tabella ta’ l-attiv tista’ tiġi ppublikata wkoll fuq it-tabella tal-passiv. |
ANNESS III
RENDIKONT TAL-QLIGĦ U T-TELF IPPUBBLIKAT TAL-BĊE
(EUR miljun) (1) |
||
Rendikont tal-qligħ u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru … |
Sena ta’ Rappurtar year |
Sena preċedenti sena |
1.1.1. Dħul minn imgħax fuq assi ta’ riżervi barranin |
|
|
1.1.2. Dħul minn imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema |
|
|
1.1.3. Dħul ieħor minn imgħax |
|
|
1.1. Dħul minn imgħax |
|
|
1.2.1. Remunerazzjoni għal krediti tal-BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin trasferiti |
|
|
1.2.2. Spejjeż oħra ta’ imgħax |
|
|
1.2. Spejjeż ta’ imgħax |
|
|
1. Dħul nett mill-imgħax |
|
|
2.1. Qligħ/telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji |
|
|
2.2. Tnaqqis fil-valur ta’ assi u posizzjonijiet finanzjarji |
|
|
2.3. Trasferiment lil/minn provvedimenti għar-rata tal-kambju, ir-rata tal-imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb |
|
|
2. Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji, tnaqqis tal-valur u provvedimenti għal riskji |
|
|
3.1. Miżati u dħul minn kummissjonijiet |
|
|
3.2. Miżati u spejjeż ta’ kummissjonijiet |
|
|
3. Dħul/spiża nett minn miżati u kummissjonijiet (2) |
|
|
4. Dħul mill-ishma u interessi ta’ parteċipazzjoni azzjonarja |
|
|
5. Dħul ieħor |
|
|
Dħul totali nett |
|
|
6. Spejjeż tal-Persunal (3) |
|
|
7. Spejjeż amministrattivi (3) |
|
|
8. Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli |
|
|
9. Servizzi ta’ produzzjoni ta’ karti tal-flus (4) |
|
|
10. Spejjeż oħra |
|
|
(Telf)/qligħ ghas-sena |
|
|
(1) Alternattivament il-BĊE jista’ jippubblika l-ammonti eżatti f’euro, jew ammonti rrawndjati b’mod differenti. (2) L-analiżi tad-dħul u l-ispiża tista’ ukoll tingħata fin-noti ta’ spjega tar-rendikont annuali. (3) Inklużi provvedimenti amministrattivi. (4) Din il-partita tintuża f’każ ta’ produzzjoni ta’ karti tal-flus outsourced (għall-ispiża tas-servizzi mogħtija minn kumpaniji barranin responsabbli mill-produzzjoni ta’ karti tal-flus għall-banek ċentrali). Huwa rrikkmandat illi l-ispejjeż involuti in konnessjoni mal-ħruġ ta’ karti tal-flus euro għandhom jiddaħħlu fir-rendikont tal-qligħ u t-telf meta jiġu ffatturati jew jinħolqu mod ieħor, ara ukoll il-Linja Gwida BĊE/2006/16. |
▼
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Deċiżjoni BĊE/2002/11 |
Din id-Deċiżjoni |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 20 |
Artikolu 19 |
Artikolu 21 |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
( 1 ) ĠU L 58, 3.3.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni BĊE/2006/3 (ĠU L 89, 28.3.2006, p. 56).
( 2 ) Għadha mhix ippubblikata.