EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02003D0014(01)-20090723

Test konsolidat: Id-Deċiżjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Novembru, 2003 dwar l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' self li l-Komunità ewropea kkonkludiet skond il-faċilità ta' assistenza finanzjarja ta' tul medju (ECB/2003/14) (2003/797/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/797/2009-07-23

TEST Konsolidat: 32003D0014(01) — MT — 23.07.2009

2003D0014 — MT — 23.07.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Novembru, 2003

dwar l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' self li l-Komunità ewropea kkonkludiet skond il-faċilità ta' assistenza finanzjarja ta' tul medju

(ECB/2003/14)

(2003/797/KE)

(ĠU L 297, 15.11.2003, p.35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2009

  L 190

11

22.7.2009




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Novembru, 2003

dwar l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' self li l-Komunità ewropea kkonkludiet skond il-faċilità ta' assistenza finanzjarja ta' tul medju

(ECB/2003/14)

(2003/797/KE)



IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 119 u l-Artikolu 123(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 21.2, l-Artikolu 44 u l-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 47.1,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 332/2002 tat-18 ta' Frar, 2002, li jwaqqaf faċilità li tipprovdi assistenza finanzjajra ta' tul medju għall-bilanċi tal-pagamenti ta' l-Istati Membri ( 1 ) u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 123(2) tat-Trattat u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 44 ta' l-Istatut, u skond l- l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni ECB/1998/NP2 tat-23 ta' Ġunju, 1998, li għandha x'taqsam mal-ħidma tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar ċerti xogħlijiet li ħa f'idejh mill-Istitut Monetarju Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) ħa r-responsabbiltà tax-xogħlijiet ta' l-Istitut Monetarju Ewropew (IME) imsemmi fil-ħames subinċiż ta' l-Artikolu 117(2) tat-Trattat, il-ħames subinċiż ta' l-Artikolu 4.1 u t-tielet subinċiż ta' l-Artikolu 6.1 ta' l-Istatut ta' l-IME, sa mhux aktar tard mill-ġurnata li tiġi immedjatament qabel l-ewwel ġurnata tat-tielet stadju ta' l-għaqda ekonomika u monetarja (it-tielet stadju).

(2)

Konformi mad-Deċiżjoni ECB/1998/NP15 ta' l-1 ta' Diċembru, 1998, li għandha x'taqsam mal- ħidma tal-ECB dwar ċerti funzjonijiet rigward assistenza finanzjarja ta' tul medju għall-bilanċi tal- pagamenti ta' l-Istati Membri ( 2 ), id-Deċiżjoni ta' l-IME Nru. 8/95 tat-2 ta' Mejju, 1995, li għandha x'taqsam ma' l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' self li l-Komunità Ewropea kkonkludiet skond il-mekkaniżmu ta' assistenza finanzjarja ta' tul medju, baqgħet valida u kompliet tapplika sa mill-ewwel ġurnata tat-tielet stadju.

(3)

Il-funzjonijiet imsemmija fir-recital (2) kienu mwettqa abbażi ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1969/88 ta' l-24 ta' Ġunju, 1988, li jwaqqaf faċilità waħda li tipprovdi assistenza finanzjarja ta' tul medju għall-bilanċi tal-pagamenti ta' l-Istati Membri ( 3 ).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 332/2002, li daħal fis-seħħ fl-24 ta' Frar, 2002, irrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1969/88.

(5)

Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru. 332/2002, il-ECB għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji għall-amministrazzjoni tas-self mogħti skond il-faċilità ta' assistenza finanzjarja ta' tul medju mwaqqfa b'dan ir-Regolament.

(6)

Id-deċiżjoni preżenti li timplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru. 332/2002 se tirrevoka d-Deċiżjoni ECB/1998/NP15. Minħabba l-fatt li x-xogħlijiet l-oħra u d-deċiżjonijiet ta' l-IME imsemmija fid-Deċiżjoni ECB/1998/NP2, ukoll mhumiex aktar validi jew applikabbli fit-tielet stadju, id-Deċiżjoni ECB/1998/NP2 tistà, għall-iskop ta' ċarezza, tiġi rrevokata wkoll,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-ECB għandu jwettaq ix-xogħlijiet stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru. 332/2002, bil-mod deskritt fl-Artikli 2 sa 8 li jiġu aktar 'il quddiem.

▼M1

Artikolu 2

Il-ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet ta’ self tal-Komunità Ewropea għandhom isiru permezz ta’ kontijiet f’isem il-BĊE u/jew, wara li jitqiesu l-arranġamenti tas-self bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat Membru inkwistjoni, permezz ta’ kontijiet miftuħin mal-BĊE f’isem il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru jew f’isem il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

▼B

Artikolu 3

1.  Il-fondi li jirċievi l-ECB, għall-kont tal-Komunità Ewropea, skond l-arranġamenti għas-self li tkun għamlet din ta' l-aħħar, għandhom jiġu trasferiti għall-kont indikat mill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li jirċievi s-selfa korrispondenti, fl-istess data ta' valur.

▼M1

2.  Il-fondi li jirċievi l-ECB, għall-kont tal-Komunità Ewropea, fir-rigward tal-ħlas tal-imgħax jew ir-rimborż tal-kapital minn Stat Membru li rċieva s-self, għandhom jigu ttrasferiti fid-data tal-iskadenza u għall-kontijiet speċifikati mill-kredituri skont l-arranġamenti ta’ self li l-Komunità Ewropea kkonkludiet.

Artikolu 4

Il-BĊE għandu jirreġistra kull operazzjoni ta’ self fil-kotba tiegħu fil-kontijiet Euro li ġejjin:

(a) kont fuq in-naħa tal-passiv għar-reġistrazzjoni ta’ fondi rċevuti għall-kont tal-Komunità Ewropea u t-trasferiment tagħhom lill-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru li jirċievi s-self korrispondenti;

(b) kont memorandum, intitolat “Il-passiv tal-Komunità Ewropea dwar operazzjonijiet ta’ self tal-Komunità Ewropea,” diviż, fejn applikabbli, f’subkontijiet li jikkorrespondu mal-kredituri individwali fir-rigward tal-arranġamenti ta’ self;

(c) kont memorandum, intitolat “Talbiet tal-Komunità Ewropea dwar operazzjonijiet ta’ self tal-Komunità Ewropea”.

Artikolu 5

Il-BĊE għandu jirreġistra l-operazzjonijiet finanzjarji deskritti fl-Artikolu 3 billi jnaqqas jew jikkredita l-kontijiet imsemmijin f’din id-Deċiżjoni, fid-data tal-valur tagħhom.

Artikolu 6

1.  Il-BĊE għandu jiċċekkja d-dati tat-trasferiment u tal-iskadenzi msemmija fl-arranġamenti ta’ self għall-ħlas tal-imghax u r-rimborż tal-kapital.

2.  Il-BĊE għandu jinnotifika lill-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru li jkun midjun mal-Komunità Ewropea ta’ lanqas ħmistax-il ġurnata kalendarja qabel kull data ta’ trasferiment.

▼B

Artikolu 7

Il-ECB għandu jinforma bil-miktub minnufih lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe operazzjoni li jkun wettaq għall-kont tal-Komunità Ewropea. Il-ECB għandu jindirizza dawn il-komunikazzjonijiet għall-attenzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fil-Kummissjoni Ewropea.

Artikolu 8

Fl-aħħar ta' kull sena kalendarja l-ECB għandu jipprepara rapport biex jinfurma lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-operazzjonijiet finanzjarji li jkun wettaq matul is-sena u li jkollhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet ta' self. Dan ir-rapport għandu jinkludi rendikont tat-talbiet u l-passiv tal-Komunità Ewropea li joħorġu mill-operazzjonijiet ta' self.

Artikolu 9

Id-Deċiżjoni ECB/1998/NP2 u d-Deċiżjoni ECB/1998/NP15 huma rrevokati.

Artikolu 10

Il-Bord Eżekuttiv tal-ECB għandu jagħmel l-arranġamenti kollha neċessarji sabiex jaffettwa din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffċjali ta' l-Unjoni Ewropea.



( 1 ) ĠU L 53, tat-23.2.2002, p. 1.

( 2 ) Ippubblikat bħala l-Anness V mad-Deċiżjoni BĊE/2000/12 ta' l-10 ta' Novembru, 2000, dwar il-pubblikazzjoni ta' ċerti atti legali u strumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew, ĠU L 55, ta' l-24.2.2001, p. 76.

( 3 ) ĠU L 178, tat-8.7.1988, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att dwar l-Adeżjoni ta' l-1994.

Fuq